West Ham United-Birkirkara Preview

Saturday, July 11, 2015, 9:00

minn Andre’ Xuereb

Wara rebħa ta 3-1 agg kontra Ulisses tal-Armenja , Birkirkara jaffrontaw lil West Ham United f’ partita diffiċli ħafna fit-tieni round ta’ kwalifikazzjoni tal- Uefa Europa League . West Ham United li  eliminaw l-ewwel Round ta’ Kwalifikazzjoni lil Lusitanos tal-Andorra b’ agg 4-0 , spikka battibekk bejn il-kowċ tal-Hammers Slaven Bilic u l-Kowċ ta’ Lusitanos, fejn dan tal-aħħar kkumentaw dwar in-nuqqas ta’ professjonaliżmu tal-kowċ Kroat , li min naħa tiegħu ma’ skjerax l-iktar skwadra b’ saħħitha possibli kif ukoll iddeċieda li jsegwi l-partita tal-ewwel leg mill-istands.

Nieqes għal ewwel leg l-attakant senegaliż Diafra Sakho li tkeċċa kontra Lusitanos u saħansitra qiegħed jissemma li jista jingħaqad ma’ Manchester United.

Għadu mhux magħruf jekk Bilic jilgħabx lil wieħed mill-akkwisti tiegħu Dimitri Payet, Pedro Obiang jew Angelo Ogbonna fil-partita tas-16 ta’ Lulju.





Leave a comment