L-aħħar aħbarijiet mid-dinja tal-Weightlifting

Tuesday, September 25, 2012, 13:47

L-għaqda Maltija tal-weightlifting organizzat kompetizjoni . Fejn numru sabieħ ta atleti iparteċipaw minn erba’ klabbs differenti.

Il-kompetizzjoni kienet maqsuma fuq sezzjonijiet ta’ livelli differenti, fl-ewwel waħda dik tal-kadetti maskili fejn giet mirbuħa minn Rylee Borg 97 punti segwit minn Bjorn Camilleri 74 punt u Blake Vassallo 68 punt. Sessjoni kadetti feminili ġiet mirbuħa minn Beatrix Galea 68 punt seġwita minn Francesca Mercieca 56 punt.

It-tieni kompetizzjoni kienet għal atleti maskili fil-kategorija youths B, din giet mirbuħa Miguel Grixti 133 punt, segwit minn Emersin Bugeja 119 punt u Malcom Camilleri 118 punt. Atleti oħra li taw prestazzjoni tajba f’din kategorija kienu Owen Bugeja 116 punt u Kieran Mifsud 112 punt.

It-tielet kompetizzjoni kienet dik għal youth feminili, din giet mirbuħa  minn Nicole Gatt 140 punt fejn ukoll kisriet tlett rekords nazzjonali fil-kategorija 53kg, hija kienet segwita minn Destiny Vella Busutill 102 punt u Nadine Gatt 93 punt. Kategorija għal kbar giet mirbuħa minn Jessica Ghigo 140 punt segwita minn Marliyn Grech 107 punt.

L-aħħar kompetizzjoni dik maskili fil-kategorija youth A, giet mirbuħa minn Hayden Farrugia 183 punt segwit minn Luka Grixti 169 punt u Joran Farrugia 153 punt fejn dan ta l-ahhar irnexielu ukoll jikser tlett fil-kategorija 94kg. Kategorija Juniors mirbuha minn Rodmar Pulis 272 punt fejn irnexilu jalghaq il kompetizzjoni b’refa total ta 220 kilo. Dik ghal kbar giet mirbuha minn Chris Shinas 202 punt segwit minn Charles Degiorgio 195 punt u Matthew Muscat Inglott illi sfortunatament immisja li jaghlaq il kompetizjoni b’total.

Issa meta qed norqorbu lejn il-finali għal-MWA awards, l-aktar  żewġ atleti li qedin il quddiem  għal-trofew mogħti għall-aktar progress jinsabu Malcom Camilleri 66 punt u Nadine Gatt 27 punt.

Din il-kompetizzjoni servit ukoll ta tħejjija għal-kampjonat nazzjonali kif ukoll sabiex jintgħażel it-team li ser jirrapreżenta lil Malta fil-kompetizzjoni tal- Meditterran illi ser isir ġewwa l-Italja fil-bidu ta’Jannar.

Tul din il-kompetizzjoni Stephen Borg, Rodienne Balzan, Gayle Caruana u Ramona Borg komplew  l-eżamijiet tahom għal referee kategorija internazzjonali livell 2. Uffiċjali oħra tekniċi waqt din il kompetizzjoni kienu, Alfred Ellul Mercer, Rita Caruana, David Saliba, Andrea Caruana flimkien mal-presidet ta l-ghaqda, Jesmond Caruana, fejn ukoll bhalissa jinsab Kosice fi Slovakja bhala ufficjal tekniku fil kampjonati mondjali ghaz-zaghzagh.

 





Leave a comment