Weightlifting: Malta Open Chamionships Riżultati (Mejju 2017)

Tuesday, May 23, 2017, 10:13

Gavin Muscat

L-għaqda Maltija tal-weightlifting organizzat b`suċċess il-kompetizzjoni miftuħa għal kull kategorija għal nisa u irgiel t’ eta diversa. L-ewwel kompetizzjoni tal-ġurnata għal kategorija ta’ dawk anqas minn 13-il sena ġiet mirbuħa minn Rylee Borg b’134 punti li kien segwit minn Kyle Camilleri b’ 133 punti u Nicolai Muscat b’84 punti. Ħafna aktar atleti ipparteċipaw fejn ħafna minn dawn kienu tfal li wettqu b`suċċess il-program ta’ SkolaSport organizzat minn Sportmalta.

Fil-kategoriji taż- Żgħażagħ Nisa, Shelby Vassallo spiċċat fl-ewwel pożizzjoni għal atleti t’anqas minn 15 il-sena b`refa totali ta’ 113 kilo (137 punti). Shazel Gusman irnexxiela tikseb l-ewwel post fil kategorija għal dawk anqas minn 17 il-sena b`refa ta 128kilo (155 punti) hija ukoll irnexxiela tikseb l-ewwel pożizzjoni fil-kategorija t’ anqas minn 20 sena kontra Rebecca Fitz li kisbet (151 punti). Gusman irnexxiela ukoll tikser żewġ rekords nazzjonali.

Fil-kategoriji taż-Żgħażagħ Irġiel, l-ewwel post intrebaħ minn Kieran Mifsud li irnexxielu jerfa’ l-itqal piż tal-ġurnata fejn huwa refa’ t-total ta’ 283 kilo (310 punti). Fir-refa’ snatch huwa għalaq il-kompetizzjoni fejn huwa ipprova attentat ta’ refa ta’ 130 kilo li kienet suċċess ukoll imma ma’ setax tgħodd għal klassifika finali minħabba li saret fuq ir-raba’ attentat. Fil clean & jerk, huwa refa 158 kilo pero kellu jirtira mill-kompetizzjoni minħabba li ma kienx qed iħossu tajjeb. Huwa irnexxielu jikser xejn anqas minn 4 rekords nazzjonali. Huwa kien segwit minn Andy Grech li kellu kompetizzjoni mill-aqwa fejn huwa refa’ t-total ta’ 210 kilo (265 punti). B’dan ir- riżultat, Grech irnexxielu jitla’ fil-livell nazzjonali tar-rankings. Għadd t’ aktar żgħażagħ ukoll kisbu riżultati sodisfaċenti u għal ħafna minn dawn kienet l-ewwel esperjenza ta’ kompetizzjoni.

Fil-kategorija tan-Nisa, l-ewwel post kisbitu Yazmin Zammit Stevens fejn refgħet it-total ta’ 171 kilo (215 punti) u hija rebħet il-kompetizzjoni b’ faċilita kbira. Għadd ta’ nisa oħra li ipparteċipaw kellhom riżultati sodisfaċenti u inkorraġanti.

Fil-kategorija tal-Irġiel, l-ewwel post intrebaħ minn Kyle Micallef b’refa’ totali ta’ 275 kilo (320 punti). Fit-tieni post, kellna lil Kieran Mifsud li kien segwit minn Vlad Baldacchino b’ 237 kilo (272 punti). Ir-raba’ post intrebaħ  minn Rodmar Pulis li irritorna b’ 222 kilo (269 punti). Il- ħames post intrebaħ minn Andrea Buhagiar li irnexielu ukoll jikser rekord nazzjonali fil- kategorija b’ 69 kilo. Huwa irnexxielu jerfa’ t-total ta’ 201 kilo (268 punti). Kien hemm numru ferm kbir t’ irġiel li ipparteċipaw ukoll u taw sfida tajba lill-avversarji tagħhom.

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

Rylee Borg

————————————————————————————————————————————————————-

Kyle Camilleri

————————————————————————————————————————————————————-

Rodmar Pulis

————————————————————————————————————————————————————-

Andy Grech

————————————————————————————————————————————————————-

Yazmin Zammit Stevens

————————————————————————————————————————————————————-

Shelby Vassallo

————————————————————————————————————————————————————-

Shazel Gusman

————————————————————————————————————————————————————-

Vlad Baldacchino

————————————————————————————————————————————————————-

Kieran Mifsud

————————————————————————————————————————————————————-

Andre Buhagiar

————————————————————————————————————————————————————-

Kyle Micallef

 

 





Leave a comment