Weekend impenjattiv għal żewġ teams tal-motorsport

Friday, May 5, 2017, 0:17

Oliver Attard

It-tim ta’ Simon Girodmaina u Franklyn Borg qegħdin ġewwa l-Ungerija fejn ser jirrapreżentaw lill-Malta fl-ewwel round tal-FIM Super Street Bike fl-arena ta’ Kunmadaras Motorsport. Propju ix-xahar li għaddha, Simon u Franklyn kisru ir-rekord nazzjonali tat-trakka tal-Assoċjazjoni Maltija tad-Drag Racing meta Franklyn saq il-mutur preparat minn Simon f’ħin ta 6.99 sekondi.

Fit-tmiem il-ġimgħa ukoll Renato u Josef Agius, li huma żewġ dilettanti tal-karozzi klassiċi, se jipparteċipaw għat-tieni darba konsekuttiva fil-Monte Pellegrino Historic f’Palermo fi Sqallija meta is-sena l-oħra ħadu sehem bil-FIAT 127 ta’ Renato. Din is-sena se jieħdu sehem bil-Mini ta’ Josef li inbniet apposta għal din l-okkażjoni u li se tinstaq minn l-istess Josef bl-għajnuna ta’ Renato.

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

Il-Mini ta' Josef

————————————————————————————————————————————————————-

Il-mutur ta' Simon Giordimaina

————————————————————————————————————————————————————-

It-tim ta' Simon u Franklyn jippreparaw ġewwa l-Ungerija

————————————————————————————————————————————————————-

 





Leave a comment