Waterpolo:MALTA TIKKWALIFIKA GĦALL-KAMPJONATI EWROPEJ 2016

Saturday, September 26, 2015, 21:18

MALTA TIKKWALIFIKA GĦALL-KAMPJONATI EWROPEJ 2016 FIS-SERBJA

By Gerald Fenech

Malta 13 Poland 8

(3-0), (5-2), (3-3), (2-3)

Malta kisbet kwalifikazzjoni storika għall-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo fis-Serbja 2016 meta għelbu lill-Polonja bl-iskor ta’ 13-8. Malta,taħt it-tmexxija abbli tal-kowċ Karl izzo kienu kważi dejjem fil-kontroll u fil-fatt rebħu l-ewwel żewġ sessjonijiet bl-iskor ta’ 3-0 u 5-2 rispettivament. Niki Lanzon, Steve Camilleri u Matthew Zammit skurjaw b’mod regolari.

It-tielet sessjoni spiċċat 3-3 bil-gowls tal-Maltin jaslu mingħand Matthew Zammit, Steve Camilleri u Jerome Gabarretta. L-aħħar sessjoni kienet sempliċiment formalita’ bil-Polonja jirbħu 3-2 bil gowls Maltin jaslu mingħand Clint Mercieca u Michele Stellini għal skor finali ta’ 13-8

  • Malta: A Borg Cole, N Lanzon (3) , J Gabarretta (1) , M Stellini (1) , M Meli , M Zammit (2) , S Camilleri (1), J Camilleri, E Aquilina, A Cousin , C Mercieca (1), D Zammit , N Grixti
  • Poland: M Diakonow, P Radzinski, J Bednarek, M Andruszkiewicz, B Kowalewski, O Szymonik, P Michalski, M Bar, G Mos, B Szymanski, B Luczak, W Leszek, J Szablowski

 





Leave a comment