Waterpolo: President’s Cup 2017

Tuesday, June 6, 2017, 13:25

Joanna Camilleri

(1-3) (2-3) (3-2) (1-1)

San Ġiljan jirbħu l-President’s Cup

Fil-finali tal-President’s Cup it-tim ta’ San Ġiljan żammew it-tazza meta għelbu lin-Neptunes bl-iscore ta’ 9-7 f’partita li mill-bidu nett San Giljan kienu ftit iżjed superjuri mill-avversarji. L-ewwel sessjoni għalqet 3-1 favur San Ġiljan kif ukoll kienu l-istess tim li rebħu it-tieni sessjoni bl-iscore ta’ 3-2.

L-andament inbidel wara l-ħin tal-mistrieħ bl-aħjar okkażjonijiet joġolquhom San Giljan però l-iżbalji fil-konkużjonijiet ikkastigawhom bil-kontrattakki u l-gowls għal Neptunes. Penalty skurjat mill-barrani ta’ San Giljan fit-tielet taqsima madankollu kienu Neptunes li rebħu din is-sessjoni 3-2. L-aħħar u r-raba sessjoni kienet detrimenti ferm għaż-żewġt timijiet biex jagħlqu l-logħba. Draw ta’ 1-1 intemmet is-sessjoni

L-aħjar scorers għal San Ġiljan kien il-barrani mill-Montenegro Aleksander Ivoviv bi tlett gowls filwaqt li għal Neptunes spiċċaw l-aħjar scorers b’żewġt gowls kull wieħed Steve Camlleri u huh Jordan Camilleri.

Fl-aħħar tal-logħba saret il-preżentazzjoni lil captain ta’ San Ġiljan Matthew Zammit mill-vici president Karl Galea u s-segretarja ta’ l-ASA Rita Azzopardi.





Leave a comment