Waterpolo: Neptunes Grimaldi vs San Ġiljan

Monday, April 11, 2016, 21:01

 

Gavin Muscat

Neptunes Grimaldi 8 San Giljan 15

(1-5), (4-2), (2-2), (1-5)

San Giljan kisbu rebħa komda meta għelbu lill Neptunes Grimaldi 15-8 fl-ewwel playoff bejn l-ewwel u t-tielet tim fil-Kampjonat tax-Xitwa.

Fl-ewwel sessjoni, San Ġiljan ħarġu tajjeb u rebħu 5-1 fejn Matthew Zammit fetaħ l-iskor b’Timmy Agius jagħmilom 1-1. Matthew Zammit u Clint Mercieca skurjaw tlett gowls wara xulxin biex wara l-ewwel sessjoni l-iskor kien 5-1. Fit-tieni sessjoni, Neptunes irritornaw tajjeb fejn rebħu 4-2. Niki Lanzon, Jeremy Abela u Jordan Camilleri skurjaw għal Neptunes filwaqt li Paul Fava u Dino Zammit skurjaw għal San Giljan.

Fit-tielet sessjoni kellna parita’ assoluta fejn din spiċċat 2-2. Jordan Camilleri skorja l-ewwel għal Neptunes iżda żewġ gowls minn Dino Zammit u Aurelian Cousin għamluwom 2-1 favur  San Ġiljan b’Miguel Zammit jiskorja lejna l-aħħar tas-sessjoni. L-aħħar sessjkoni rat lill San Ġiljan jiddominaw għal kollox fejn rebħu 5-1 bil-gowls jaslu minn Dino Zammit, Peter Borg, Matthew Zammit u Clint Mercieca.

  • Neptunes Grimaldi: A Borg Cole, N Lanzon (2), M Cutajar, L Gialanze, T Agius (2), s Xerri De Caro, K Navarro, J Camilleri (2), J Abela (1), M Zammit (1), B Lanzon, M Azzopardi, J Tanti
  • San Giljan ASC: J Sammut, P Borg (1), A Galea, J Galea, D Zammit, M Zammit (4), K Galea, C Mercieca (4), B Plumpton, A Cousin (2), P Fava (1), D Zammit (3), D Camilleri
  • Referees: M Angileri, M Dalli




Leave a comment