Waterpolo: HaBaWaBa International Festival

Tuesday, July 11, 2017, 13:48

It-tim ta’ taħt –il ħdax –il sena ta’ San Giljan ASC immexxija mill-kowċ Julian Xuereb ipparteċipa fl-għaxar edizzjoni tal-Habawaba International Tournament li sar dil-ġimgħa ġewwa Lignano fl-Italja ta’ fuq. Din il-kompetizzjoni hija ferm popolari hekk kif ipparteċipaw 132 tim u 1500 pejer u hija meqjusa l-aħjar kompetizzjoni internazzjonali għat-tfal ta’ din l-eta’. It-tfal ta’ San Giljan irnexxilhom jikkwalifikaw mill-ewwel round robin hekk kif ġew fit-tieni post minn seba’ timijiet. Fir-rawnd ta’ wara sfaw megħluba minn timijiet ferm stabbiliti bħall-Ungeriżi ta’ Eger u t-tim Taljan Posillipo. Għalhekk kellhom jilgħabu fis-Silver Top Phase fejn rebhu xejn inqas minn tlett play-offs tnejn minnhom bil-penalties hekk kif il-mixja tat-tfal Giljanizi waqfet fis-semifinali. F’dawn il-ġranet it-tfal attendew ukoll ghall-first aid training course filwaqt li l-coaches kellhom coaching clinic ta’ livell ferm gholi fejn fost il-kelliema kien hemm il-kowċ leġġendarju Ratko Rudic. Mument memorabbli ieħor kien il-laqgħa tal-Ġiljanizi mal-gowlkijper leġġendarju Taljan Stefano Tempesti.

Esperjenza kbira li żgur l-ebda minn dawn it-tfal mhux ser jinsa. Xhieda oħra tal-impenn tal-Klabb Ġiljaniż fis-settur taż-żagħar li fl-aħħar snin tella’ numru ta’ plejers li llum jilgħabu mat-tim tal-kbar tal-istess Klabb kif ukoll mat-tim nazzjonali.





Leave a comment