Waterpolo: Għaqda Ġurnalisti Sportivi Cup Final

Tuesday, June 6, 2017, 13:30

Joanna Camilleri

Marsaxlokk Fischer               Marsascala Transcripta

(3-2) (3-3) (3-3) (1-1)

Fil-pixxina nazzjonali f’tal Qroqq fetaħ il-kampjonat tal-waterpolo tas-sajf bil-finali tat-tieni diviżjoni GHGS Cup bejn Marsaxlokk u Marsascala. It-tim ta’ Marsaxlokk rebaħ din il-finali bl-iscore ta’ 10-9. Partita bilanċjata u movimentata mill-bidu nett bit-tim ta’ Marsaxlokk jagħlaq l-ewwel sessjoni 3-2 biex umbgħad it-tieni u t-tielet sessjoni għalqu f’parita ta’ 3-3. L-aħħar sessjoni ukoll għalqet fi draw ta 1-1

5 gowls ġew skurjati minn Ivan Vuksanovic il-barrani Serb li qiegħed jiddebutta ma’ Marsaxlokk filwaqt li l-aħjar scorers għal Marsascala kienu Andrija Vlakovic u Jeanclaude Cutajar b’żewġt gowls kull wieħed.

Referees tal-partita Riccardo Carmignani u Peter Balzan

Fl-aħħar tal-partita saret il-preżentazzjoni mill-president ta’l-AIPS Charles Camenzuli u Antvin Mons lil captain ta’ Marsaxlokk Christian Gialanze.





Leave a comment