Waterpolo: għada Neptunes v San Giljan live fuq Melita

Friday, July 29, 2011, 14:49

Illejla fil-PIxxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq ikompli l-Kampjonat tas-Sajf tal-waterpolo b’dawn il-partiti:

Marsascala meat.com.mt – Valletta Dhalia

Sirens Ritter Sport – 3CX Exiles

Intant għada ikollna dawn il-loghbiet:

Ta’ Xbiex ASC – Otters Nivea

Neptunes Emirates – San Giljan Giuseppe’s

L-aħħar partita se tkun qed tigi mxandra live fuq Melita Sports b’kummentarju ta’ Sandro Micallef u Gerald Fenech.

Marsaxlokk vicin li jergghu jkunu parti mill-ASA

Intant skond sorsi li tkellmu esklussivament ma dan is-sit, l-ASA aċċettat li Marsaxlokk jerggħu ikollhom rappreżentanza fl-assoċjazzjoni b’din l-għażla:

Jew il-kumitat ezistenti ta’ Marsaxlokk ASC li ġie elett fl-201 jagħddi r-responsabbiltajiet kollha lill kumitat il-ġdid bil-kitba. Jew inkella il-kumitat japplika taħt isem ġdid u allura jiffurma kumitat totlament ġdid sabiex b’hekk isir it-tieni wieħed għal sport akwatiku f’Marsaxlokk affiljat ma’ l-ASA.

Intant ninsabu nfurmati li l-kumitat tal-waterpolo ta’ Marsaxlokk se jiltaqa’ b’urgenza sabiex jiddiskuti dawn l-għazliet .





Leave a comment