Water Polo: 10 timijiet jikkompetu f’żewġ diviżjonijiet

Wednesday, January 28, 2015, 11:26

Il-BOV Kampjonat tax-Xitwa tal-Water Polo ġie mniedi bit-tlugħ tal-poloz għal din il-kompetizzjoni li sar avveniment stabbilit fil-kalendarju sportiv Malti. Għat-tieni sena konsekuttiva, f’dan il-kampjonat se jikkompetu 10 timijiet maqsuma f’zewġ diviżjonijiet

 

Il-poloz ġew mtella’ fil-kwartieri ġenerali tal-Aquatic Sports Association ta’ Malta minn Joe Caruana Curran, President tal-Aquatic Sports Association ta’ Malta u John Paul Abela, Maniġer fi ħdan il-Bank of Valletta megħjuna minn Rita Azzopardi, Segretarju Ġenerali tal-ASA.

 

‘Nieħu din l-opportunita biex nifraħ lill-ASA bir-riżultati li kisbu kemm f’Malta kif ukoll barra hekk kif nagħtu bidu għat-tmien sena konsekuttiva ta’ kollaborazzjoni bejn il-BOV u l-ASA’ qal John Paul Abela. ‘Bi ħġarna nistennew staġun ieħor ta’ kompetizzjoni li ċerti li se tkompli żżid l-interess tal-pubbliku Malti.’

 

Joe Caruana Curran irringrazzja lill-Bank of Valletta għas-sapport kontinwu u rringrazzja lill-Marco Manara, is-Segretarju Ġenerali ta’ qabel tas-servizz li taha lill-Assoċjazzjoni filwaqt li ppreżenta lil Rita Azzopardi bħala s-Segretarju Ġenerali l-ġdid. Għat-tieni sena konsekuttiva, se jkollna żewġ diviżjonijiet fil-Kampjonat BOV tax-Xitwa bil-parteċipazzjoni tal-għaxar timijiet attivi f’Malta.’

 

L-ASA, b’kolaborazzjoni mal-klabbs kollha, tirriserva d-dritt li tmexxi l-ħin u d-data ta’ xi logħob skond il-bżonn. Il-poloz finali bil ħinijiet u dħdati tal-loġħob kollha jinħarġu mill-ASA fil-jien li ġejjin.





Leave a comment