Wara li Inter mhux se jżuru Malta issa jmiss lill-Primavera ta’ Juventus…

Tuesday, August 2, 2011, 13:02

minn Cristian Muscat

Wara li fil-jiem li għaddew tħabbar li Inter mhux se jżuru Malta biex jilgħabu logħba ta’ ħbiberija kontra ċ-Champions Valletta nhar il-21 t’Awwissu fost id-diżappunt ta’ ħafna partitarji Interisti, fis-sigħat li għaddew tħabbar ukoll li lanqas il-tim ta’ taħt id-19 -il sena ta’ Juventus kompost primarjamnet minn plejers tal-Primavera mhux se jżur Malta.

Din l-iskwadra kellha tasal Malta nhar is-Sibt is-6 t’ Awwissu għal training camp ta’ ħamest ijiem bi preparazzjoni għall-kampjonat domestiku Taljan tat-timijiet tal-Primavera iżda issa dan it-training camp sfaxxa fix-xejn.

Mhux magħruf jekk Juventus ħassru il-mawra tagħhom minħabba li saru jafu li kien hemm diżgwied bejn l-MFA u Balzan Youths dwar min minnhom kellu jilgħab friendly kontrihom.





Leave a comment