Wara l-mistoqsijiet iebsa li għamilt lil Darmanin Demajo

Thursday, December 22, 2011, 16:33

minn Sandro Micallef

Kienu għexieren ta’ nies li kkuntatjawni sabiex ikellmuni wara l-programm li kelli l-Ħadd li għadda Konrattakk fuq TVM. Kien programm fejn kelli mistieden lill-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo fejn staqsejtu madwar 30 domanda diretta u xi
kultant uħud minnhom kienu iebsa jkolli nammetti.

Kien hemm min ċempilli, min bagħtli email, messaġġi fuq Face book u kien hemm min ma setax jaqbadni bit-telefone u żerżaqli xi messaġġ. Kienu ħafna li qaluli prosit għaliex ma bżajtx insaqsi mistoqsijiet diretti, kien hemm min qalli li stajt kont iktar iebes u ovvjament kien hemm minn qalli li esaġerajt għaliex ħlief affarijiet negattivi ma saqsejtux lill-President. Kien hemm min qalli darb’oħra nissuġerilek erba’ domandi jien!…. Insomma inħossni kburi u sodisfatt li saqsejt domandi li ħadd ma kellu l-kuraġġ isaqsi qabel, u ħassejtni kburi wkoll li l-persuna li kont qed nintevista (NDD) kellu l-kuraġġ jirrispondi b’onesta u bl-aħjar mod li seta’ anke meta ġibtu dahru mal-ħajt.

Insomma il-baqra tinbiegħ kollha u għalhekk nammetti li jien nintgħoġob minn sezzjoni ta’ partitarji tal-football u ninbagħad minn frazzjoni oħra ta’ nies. Mitt bniedem b’mitt fehma, u dak hu s-sabiħ tax-xogħol tiegħi bħala ġurnalist. Xogħol li dejjem
għamiltu b’integrita sa mill-1996 meta kont għadni daqxejn ta’ tifel nitgħallem b’attenzjoni minn ġurnalisti tal-isports illum veterani.

Nixtieq f’dan l-artiklu qasir inserraħ ras ħafna nies li jien m’għandi ebda problema mal-MFA u wisq iktar mal-amministrazzjoni l-ġdida b’mod speċjali ma’ Norman Darmanin Demajo u Bjorn Vassallo li mat-tnejn li huma għandi relazzjoni tajba.

Il-professjoni tiegħi teħtieġ li xi kultant inkun iebes u nsaqsi u nipprova noħroġ informazzjoni li tkun fl-interess tal-pubbliku ġenerali. Hekk kif għamilt il-Ħadd li għadda u hekk kif għamilt sentejn ilu meta sammart lil Joe Mifsud b’sensiela ta’ mistoqsijiet kuraġġużi li eventwalment ir-risposti tagħhom spiċċaw fil-programm elettorali taż-żewġ kontestanti għall-Presidenza.

Dak hu xogħli, ħobbni jew għobodni jien ma nista’ qatt ninħabb ma kulħadd inkella nkun reporter mhux
ġurnalist.

Nieħu din l-opportunita’ sabiex nawgura l-Milied it-tajjeb lil dawk kollha nvoluti fil-logħba tal-Futbol lokali.





6 Comments

  1. Bugeja says:

    tajjeb Sandro la hassejt li kellek isaqsijohm sewwa ghamilt jien Ogobtuni it-tnejn seww int u sew Is Sur Norman Darmanin Demajo kif wigbek. Ahna hekk irridu u zammejt lil kulhadd imwahal ma tv jara il programm tieghek . Is-sena tajba lilek kulhadd

    [Reply]

  2. Mark Portelli says:

    i am a Sliema supporter who is hurt with what is happening in the Media. at the moment. Sandro, am sorry to say i disagree with the way you spoke to the MFA president NDD.
    There were also
    false allegations with regards to ex SWFC president Mr. Steve Abela. You have the wrong information and i suggest you challenge Mr. Abela onto your program since he can clearly prove you wrong. Whovever is giving you this information is clearly doing it to dirty Mr. Abela’s name. Whoever follows local footbal knows the amount of good work Mr. Abela has done to Sliema and also to the local football. I hope you publish this comment i sent and may i wish all the followers of local football a happy christmas and a happy new year. Regards Mark

    [Reply]

  3. Joe says:

    Julio min tant il-pitches? Dawk mil-amministrazzjoni ta qabel gew imfassla. 

    Sandro kien hemm mistoqsijiet tajbin u l-programm kien informattiv hafna. Ix-xoghol, nies li qas jinteresshom mil-futbol ukoll rawh u interessaw ruhom. Illum il-gurnata tinduna li fil-verita ftit huma l-gurnalisti u hafna huma r-reporters sportivi hawn Malta. Li ma nistax nifhem kif dawn l-Media Houses ma jindunawx li ahna l-isportivi Maltin iridu naraw, nisimaw, u naqraw fuq l-isports lokali u mhux dak barrani. Ahbarijiet fuq l-isports barrani illum il-gurnata facli issibu online u fuq il-gurnali lokali per ezempju tarahom gurnata tard (jekk mhux tnejn). Jiena ta da filfatt nirringrazzjak ghax permezz ta dan is-sit jkolli ic-cans anke naggorna ruhi fuq sports ohrajn li jinteressawni specjalment il-waterpolo sport li hawn Malta vera popolari pero jiena jidirli li mhux irraportat sewwa fuq il-gurnali u media. 

    Niehu l-okkazjoni nawguralek l-Milied hieni u s-sena t-tajba!

    [Reply]

  4. Kanarien says:

    prima donna as always.. 

    [Reply]

  5. David Scicluna says:

    Naqbel mieghek mija fil-mija. ghamilt mistoqsijiet tajba u bis-sens. Ahna l-isportivi nies hekk inriedu. Jiena ukoll nixtieqlek Milied u sena gdida mil-isbah u mil-aqwa lillek u l-isportivi kollha.

    [Reply]

  6. julio says:

    Il-festi t-tajba Sandro lilek u l-familja. Izda mhux se nahfrilrlek li minghalik se twaqqa in-nies ghac-cajt ta. I’ ve got a life sabih ta. U biex nheggek li tistaqsi ghalija jekk ghandiex life. Jien il-futbol ilu marbut mieghi sa minn snin twal ilu u nahseb li ghandi bizzejjed esperjenza biex nifhem ghaliex il-mistoqsijiet li ghidt li sammart lid-Dede bihom minn fejn gibthom.Xi trid issammar Sandro? Id-Dede kif tista sammru int, ma sammruhx nies ta stoffa li kien mdawwar bihom siehbek se ssallbu int ghadek titwieled.Biex sammartu b.mistoqsijiet li hawwad skema ma ohra, korruzzjoni, jien kont nistenna imqar mistoqsija wahda fuq il-pitches li saru.Hemmhekk forsi kont nemmen li int xi ftit newtrali mhux lanqas wahda pozittiva. Ahna hekk irriduk tibqa kif int ghax importanti li bneidem bhalek jibqa johrog rasu sabiex inkomplu nibnu pedamenti aktar sodi ghal snin ta hidma fil-futur ghal gid tal-futbol Malti. Bis-serjeta nixtieqlek il-festi t-tajba u aktar hidma minghajr senzazzjonalizmu zejjed. Il-programm tieghek jibqa tajjeb sakemm int taghmel xoghlok sew u ta dan nawguralek.

    [Reply]

Leave a comment