Wara t-telfa kontra Tarxien Rainbows… Birkirkara FC jiftħu protest

Wednesday, November 9, 2011, 9:44

minn Cristian Muscat

Matul il-ġurnata tat-Tlieta Birkirkara fethu protest fl-uffiċini tal-MFA rigward ir-riżultat tal-logħba ta’ nhar il-Ħadd li għadda kontra Tarxien Rainbows fejn sorprendentament dawn tal-aħħar rebħu bl-iskor ta’ 3-2.

Din kienet ir-raba’ telfa tal-Istripes minn għaxar logħbiet f’dan l-istaġun.

F’dan il-protest formali, Birkirkara qegħdin jikkontendu li r-referee, Adrian Azzopardi, kien ikkommetta żball tekniku meta kkonvalida t-tielet gowl għal Tarxien. Dan għaliex fl-azzjoni li minnha rriżulta l-gowl ta’ 3-2 għar-Rainbows skorjat minn Rodrigo Andreis Galvao, kien hemm żewġ blalen fil-grawnd b’mod simultanju (fl-istess ħin).

Dan huwa t-tieni protest formali li sar fil-Kampjonat BOV Premier maul dan l-istaġun.

F’Awwissu li għadda, il-Bord tal-Protesti tal-MFA aċċetta każ imressaq quddiemu minn Balzan Youths meta dawn stqarrew li Ħamrun Spartans kienu nkludew plejer ineliġibbli fir-rebħa ta’ 3-1 kontra l-Youths. B’effett ta’ dan, Balzan Youths rebħu t-tliet punti fuq il-mejda.





2 Comments

  1. ic-che says:

    dan mhuiex zball tar-referee (bhal meta ma jinaghtax xi penalty jew jinaghta xorta avvolja jkun sar barra) imma zball tekniku. Differenza kbira. Birkikara ma talbux ghat 3 punti izda ghal repetizzjoni. Jien nemenn li l-loghba ghandha titkompla mil incident ‘il quddiem (65min) u jithalla kollox kif kien;igifieri jekk tim kien ghad jonqsu sostituzzjoni wahda biss ghad disposizzjoni tieghu, din tibqa’ tali.

    [Reply]

  2. Brian says:

    Allahares kull gowl li jsir minn zball ta’ referee jew linesmen, tigi mitluba replay!!! Veru protest banali dan!

    Attenti MFA ghax jekk taccettaw dan il-protest tkunu qed titfghu l-gebla fuq saqajkom u jkollkom taghmlu l-istess ma’ teams ohra. Jew Kulhadd jew Hadd!

    [Reply]

Leave a comment