Wara l-Finlandja

Thursday, March 4, 2010, 15:23

minn Josef Galdes 

Minkejja li din kienet partita esperimentali, il-Maltin lagħbu partita aċċettabli. Il- coach John Buttigieg għazel li jibda l-partita b’sistema ta`4-4-2. Biż-żewġ attakkanti jkunu Bogdanovic u Mifsud. Il-Maltin fetħu tajjeb ħafna tant li wara biss 25 minuta kellna penalty imsaffar mir-refeere Mauro Bergonzi. Mifsud kien dieħel waħdu fil-kaxxa l-kbira u d-difensur Finlandiż waqqgħu. Naħseb li l-penalty kien ġust. Grazzi Ref! Imma skużi… il-karti ħallejthom warajk fid-dressing room jekk mhux tkeċċija minħabba li r-regola tgħid li hu ċans ovvju ta`goal allinqas karta safra!  Xejn minn dan u qisu ma kien xejn. Il-penalty tah Mifsud u kulħadd jaf x’gara. Min kien il-ground jew min kien qed jara l-partita mill-kumdita ta` daru min jaf xqal lil Mifsud dak il-ħin minħabba ħafna raġunijiet … u ma naħsibx li kienu kumplimenti.

Insomma l-iskor baqa 0-0. Wara ftit ħin ieħor il-Maltin komplew jattakkaw u kellu jkun cross ta` Cohen lejn Mifsud. Id-difiża tal- Finandja rieqda, rebound li jiffavorixxi lil Mifsud li bħan-nemusa joqros lid-difensuri avversarji u minn taħt il-lasta jixħet fix-xibka. Il-partitarji Maltin qamu jifirħu. Ftit ħin qabel kienu kissruh bil-kummenti, issa għamluh re. Prosit Mic! Tajthom risposta. Naħseb li taf ukoll li bil-goal li skurjajt sirt l-aqwa scorer bil- flokk tat-team nazzjonali Malti ta` kull żmien … 24 goal. Il-Finandja fl-ewwel taqsima kellhom azzjoni waħda biss fejn laqtu l-lasta. B’mod meritat dħalna nistrieħu b’vantaġġ ta` 1-0. Fit-tieni taqsima il-Finandiżi għamlu diversi sostituzzjonijiet fejn kif kien mistenni qalgħu lil Litmanen u floku daħal Vourinen fost diversi sostituzzjonijiet oħra miż-żewġ naħat.

Kwarta mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Bergonzi għamel pudina oħra dan l-istaġun … ivvinta penalty kontrina. Lanqas induna li Jonathan Caruana li kien għadu kif daħal bħala sostitut lanqas iċċaqlaq. Simulazjoni tuba. Min jaf Collina x’qal dak il-ħin jekk sar jaf x`pudina għamilt! Lanqas għas-serie B m`int tajjeb biex tirrefja! Dubju li jkollok f`kull partita dejjem kontra t-timijiet il-kbar int, ma titgħallem qatt!!! Biex żgur tiġi ħażina, Haber jinduna bl-angolu iżda ma jirnexxilux isalva. Sfortunati 1-1. Il- Finlandiżi li għandhom iktar esperjenza u li kwazi il-players kollha jilagħbu barra l-pajjiż reġgħu skurjaw ftit ħin wara. Iż-żewġ difensuri ċentrali tal-Maltin Andrei Aguis u Jonathan Caruana kellhom 20 apparizzjoni bejniethom.

Personalment ma qbiltx ma’ Butigieg li tattikament is-sistema ta` 4-4-2 ma nbidlitx tul il- partita,l għajr fl-aħħar sostituzzjoni meta nqala’ Mifsud. U kompleja l-partita 4-5-1. Ma nafx kif stajna inġibu d-draw b’attakant WIEĦED. Naħseb li kieku komplejna nagħfsu lid-difiża vulnerabbli skandinava konna nkunu iktar perikolużi u forsi konna niskurjaw goal ieħor. Insomma ideat u ħsibijiet. Kollox ma’ kollox prestazzjoni tajba. Prosit Malta! Team bi prospetti sbieħ għall-futur.





1 Comment

  1. dumpy says:

    tajba galdes

    [Reply]

Leave a comment