Wara kummenti ta Stephen Vaughan.. Johann Said mhux se jattendi l-AGM

Thursday, June 20, 2013, 18:33

Fl-ahhar jiem l-eks President ta’ Floriana FC Johann Said kien qed jesprimi l-intenzjoni tieghu li jattendi ghal-laqgha generali straordinarja tal-klabb li se ssir illejla biex jinhatar kumitat gdid ghal-istagun li gej. Johann Said kien stqarr pubblikament li, minkejja kull xniegha, hu interessat biss li jghin lil Floriana FC, u lill-ebda klabb iehor. Izda l-kaz ha zvolta gdida meta fl-ahhar sighat il-President attwali ta’ Floriana FC Stephen Vaughan kien ikkowtat jghid fuq ONE TV li, sakemm idum hu fil-klabb, Johann Said mhux se jkun qatt milqugh.

Ghalhekk, fi stqarrija, Johann Said iddikjara li mhux se jkun qed jattendi ghall-AGM biex il-laqgha timxi b’mod kalm fl-ahjar interess tal-klabb. Biss, Johann Said se jkun dispost li jiltaqa u jitkellem mal-partitarji u membri Furjanizi f’laqgha separata, meta jixtiequ huma, li ghaliha ma jkunx prezenti Stephen Vaughan. F’dik il-laqgha Johann Said se jkun lest li jitkellem dwar dak kollu li gara fil-passat billi juri d-dokumenti kollha li jitolbu l-partitarji u l-membri. Fl-istess laqgha Johann Said se jitkellem ukoll dwar il-futur tal-klabb bil-ghan li Floriana FC terga tkun fil-post li jixraqilha.





Leave a comment