Wara d-deċizjoni tal-UEFA fuq il-logħba Norveġja – Malta‏ – L-MFPA titkellem

Monday, August 27, 2012, 17:17

Wara li tħabbret id-deċizjoni tal-UEFA fuq l-allegat każ ta’ korruzzjoni fil-logħba Norveġja kontra Malta, kif ukoll kemm l-MFA u l-player Kevin Sammut flimkien mat-team legali tiegħu, kellhom l-opportunita’ jitkellmu mal-media lokali, l-MFPA tixtieq tesprimi l-pożizzjoni tal-assoċjazzjoni. L- MFPA tkellmet ukoll maż żewġ plejers l-oħra implikati.

1.     L-MFPA tixtieq l-ewwel nett tikkonferma li hija kontra kull tip ta’ korruzzjoni jew ‘match fixing’, bla ebda riservi, kemm jekk ġejja minn naħa tal-players jew diriġenti u speċjalment terzi persuni li huma barra mill-logħba, li jfittxu biss il-gwadann personali u ħafna drabi jużaw kwalunkwe mezz a dispozizzjoni tagħhom biex jakkwistaw huma b’detriment għal-logħba tal-futbol.

2.     Kull player, individwu jew delegat li jiġi akkuzat għandu jkollu d-dritt jiddefendi ruħu quddiem tribunal indipendenti u imparzjali.

F’ dan il-każ jidher li hemm dubju dwar il-proċedura segwita mill-awtoritajiet li ġudikaw il-każ u dan jikkreja dubju dwar il-leġittimita tad-deċizjoni. Inoltre m’għandux ikun il-kaz li plejer ma jistax jiddefendi ruħu f’każ ta akkuzi serji bħal dawn għaliex huwa m’għandux il-meżżi finanzjarji u ma jistax jħallas l-ispejjeż involuti.

L-MFPA tispera li dawn Id-dubju jiġi ċċarat fi stadju t’appell ulterjuri. Madanakollu tinsisti li tul il- proceduri għadhom jiġu rispettati il-prinċipji tal-ġustizzja naturali u drittijiet basiċi tal-plejers.

3.     L-MFPA temmen li f’kaz ta’ individwu, kemm jekk player jew dirigent, li jinstab ħati għandhom jingħataw pieni importanti biex iservu ta’ deterrent, inkluz sospenjoni mill-football  u l-irtirar ta’ kull unur mirbuħ lokalment kemm individwali u kif ukoll mat-team.

L-assoċċjazzjoni tikkonferma li hija lesta tikkopera ma kull entita’ fil-football lokali u internazzjonali biex tingħeleb din il-problema.

Finalment L-MFPA tiġbed l-attenzjoni li każi simili għandom jiġu ttrattati b’sensibilita’ u serjeta’, mingħajr spekulazzjoni ta’ ismijiet, sabiex jiġi evitat li persuni innoċenti jiġu ġudikati mill-pubbliku qabel ma’ effetivament ma jiġu ġudikati mit-tribunali sportivi.





4 Comments

  1. Markus says:

    Naqbel ma’ blogger. Nisperaw li mhux xi ghaqda ohra sitting pretty u qieghda biss hemm biex thares l-interessi taghha. 

    [Reply]

  2. Blogger says:

    Nixtieq nsaqsi dawn l-affarijiet lil ufficjali tal-MFPA :

    1. X’qed taghmel l-MPFA biex teduka lill-players membri taghhha dwar l-problema tal-betting u/jew tal-korruzjoni, 

    2. L-ghaqda qed torganizza struttura biex player li jkun jigi avvinat b’xi mod jkun jaf kif u lil min ghandu jirraporta,

    3. L-ghaqda temmen li hemm problema ta’ korruzjoni u betting fil-futbol Malti jew tahseb li din hija problema li hemm aktar paroli u qlajjiet milli verita? 

    4. Niftakar li l-ghaqda hadet stand iebsa hafna kontra Marsaxlokk FC l-stagun li ghadda – xi stand ha jiehdu kontra l-problema tal-betting? 

    [Reply]

    Mario Gauci Reply:

    Jien ma nafx pero iktar narha li l-MFA ghandha r-rizorsi biex taghmel dawn it-tip ta affarijiet. Kif tista ghaqda maghmula min ftit nies li kollha jahdmu u huma volontarji u ilha mwaqfa biss sena u nofs ikollha struttura ta dan it-tip li qed tghid int blogger? L-ewwel irid ikollok ir-rizorsi biex tahdem xi haga li ghandha l-MFA u mhux l-MFPA f dan li stadju. 

    Il-problemi tal-betting u l-korruzjoni zgur jezistu u mhux f pajjizna biss ghax kien hawn hafna kazi. L-MFPA fl-ewwel punt taghha qalet li hijja kontra kull tip ta korruzjoni u match fixing u min jinqabad ghandu jehel sospensjonijiet u sanzjonijiet horox. 

    [Reply]

    Malta Reply:

    Sur Gauci, nahsbe li l-MFA qed tipprova taghmel diga imma certu players qed jibqaw ghaddejjin u jaghmlu xorta li jridu.

    Hemm bzonn li l-MFPA ddahhal l-mentalita li l-player nadif ghandu dritt jirraporta lil siehbu jekk jinnota xi haga stramba matul l-partita. Ejja nieqfu naghlqu ghajnejna ghall-din l-problema li qatlet u issa anke qed tidfen lil futbol Malti. 

    [Reply]

Leave a comment