Waħda deheb, tnejn Bronż u fidda fl-Atletika.. Moore, Chouhal, Gatt u Camilleri

Friday, June 3, 2011, 20:48

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa Minn Sandro Micallef li qed jirraporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għal Melita Sports.

L-Atletika reġghet tatna sodisfazzjon illum fit-track events u anke fil-field events permezz ta’ erba’ midalji mirbuħa.

Tlajna saħansitra fuq l-għola tarġa tal-podju permezz ta’ Kevin Moore li rebaħ il-midalja tad-deheb fil-finali tal-400 metru meta daħal l-ewwel kif kien mistenni. James D’Alfonso f’din it-tiġrija daħal is-seba’ post.

Suċċess ukoll għall-Rebecca Camilleri li fil-Long Jump li qabżet distanza ta’ 6 metri u 21 ċentimetru li kien ċentimetru biss ‘il bogħod mir-record personali u Nazzjonali tagħha stess. Hi spiċċat it-tieni wara l-atleta Ċiprijotta u ħadet il-Fidda.

Rachid Chouhal ukoll f’din id-dixxiplina tal-Long Jump rebaħ il-Bronż meta qabeż 6 metri u 97 ċentimetri. Andy Grech fl-istess kompetizzjoni qabeż 6 metri u 89 ċentimetri.

Mildalja oħra mill-atletika minn Nicole Gatt li ssorprendiet jumejn ilu fil-Heats imma illum ikkonfermat il-potenzjal tagħha u daħlet fit-tielet post u ħalliet barra mill-podju lill-atleta Maltija l-oħra Francesca Xuereb fil-final tal-400 metru. Nicole Gatt ta’ 14 -il sena b’hekk rebħet il-Bronż.

Diane Borg fil-200 metru Heats kella it-tieni l-aħjar ħin ta’ 24.34 u tiġri fil-finali tas-Sibt.

Owen Lee Camileri fil-200 metru Heats ġera’ fħin ta’ 22.o2 u kkwalifika għall-finali ukoll.

Is-Sibt l-aħħar Finali tal-atletika fosthom ir-Relays li jibdew minn nofsinhar ‘il quddiem.  

Ritratti Roberto Runza www.robertorunza.com

Diane Borg

Diane Borg

Rebecca Camilleri

Rebecca Camilleri

  

Kevin Moore

Kevin Moore

Nicole Gatt

Nicole Gatt

Rachid Chouhal

Rachid Chouhal

Diane Borg (xellug) ma' Nicole Gatt bil-midalji tagħhom li rebħu din il-Ġimgħa

Diane Borg (xellug) ma' Nicole Gatt bil-midalji tagħhom li rebħu din il-Ġimgħa

 

Rachid Chouhal (lemin) mil-midalja tal-Bronż

Rachid Chouhal (lemin) mil-midalja tal-Bronż





Leave a comment