Vittoriosa Stars jipprezentaw l-iskwadra 2013-14

Friday, August 9, 2013, 12:21

It-tim tal-Vittoriosa Stars FC għall-istaġun 2013-2014 li ser jilgħab fl-għola diviżjoni

tal-futbol Malti, id-Diviżjoni Premier, huwa kompost kif ġej:

Goalkeepers

Sean Cini

Jean Mathias Vella

Malcolm Buttigieg

Difensuri

Justin Camilleri

Luke Vella Critien

Lucas Ramon dos Santos

Samir Arab

Clive Spiteri

Ryan Mifsud

Carl Lee Sammut

Nofs il-Ground

Mark Barbara

Roberto Brincat

Sheldon Grech

Adam Spiteri

Marcio Teruel

Kurt Ellul

Attakanti

Siraj Eddin Arab

Marcelo Pereira

Gilbert Martin

Michael Camilleri

Alvarado Oscar Dario Guerrero

Liam Gauci

Kif jidher minn hawn fuq, il-qafas tat-tim huwa magħmul minn players li lagħbu s-sena l-oħra fl-ewwel diviżjoni, b’xi żidiet biex ikompli jissaħħaħ it-tim u nkunu kompettitivi. Ta’ min wieħed iżid li ma’ dawn għad fadal jingħaqdu xi elementi oħra barranin li bħalissa qegħdin jitħarrġu bi prova.

Għal darb’oħra, iż-żewġ players barranin veterani għall-football Malti, Ramon dos Santos u Marcelo Pereira, baqgħu mat-tim tagħna għat-tielet sena konsekuttiva. Ma’ dawn ingħaqad player Brażiljan ieħor, Marcio Teruel, li kien jilgħab fit-tieni u fit-tielet diviżjoni tal-kampjonat Brażiljan; fl-ewwel diviżjoni fil-kampjonat ta’ El Salvador, u s-sena l-oħra kien jilgħab ma’ FK Jagodina, fis-Serbja. Player barrani ieħor li ser naraw jilgħab f’pajjiżna mat-tim tagħna huwa l- Kolombjan, Alvarado Oscar Dario Guerrero. Dan kien jilgħab fl-għola diviżjoni fl-Armenja; lagħab flArġentina u l-Kolombja, u dan l-aħħar lagħab fl-Israel.

Fir-rigward ta’ players lokali, din is-sena akkwistajna b’xiri lill-player Clive Spiteri mill-klabb tal-Pieta’; il-player Ryan Mifsud ġie trasferit magħna wara li s-sena loħra lagħab mal-klabb ta’ Marsaxlokk, filwaqt li l-players Gilbert Martin u Michael Camilleri ġew trasferiti b’self minn mal-klabbs ta’ Fgura u Birkirara, rispettivament.

Din is-sena wkoll eżerċitajna l-option li kellna fuq il-players Samir Arab u Siraj Eddin Arab, li għalhekk reġgħu ingħaqdu magħna għall-istaġun li ġej minn mal-klabb tal-Valletta. L-istaff tekniku tal-Vittoriosa Stars FC għadu mmexxi mill-Coach, is-Sur Oliver Spiteri li ser jibqa’ jkun assistit mis-Sur Jean Paul Desira bħala Assistant Coach u Coach tat-tim ta’ taħt id-19-il sena, u s-Sur Alex Camilleri bħala Coach talGoalkeepers. Is-Sur Karl Spiteri għadu jservi bħala l-fiżjoterapista tal-klabb.

Għalkemm din is-sena sar proġett kbir fil-klabb biex jiżdied id-dħul tal-klabb permezz ta’ refurbishing tal-bar li nbidel fi sports bar u ristorant, xorta jinħtieġu diversi sponsors li mingħajrom ma kienx ikun possibli li jsir ebda investiment u dawn jinkludu lil:

• Eligio Vella, mit-Tuttosport bi prodotti Givova;

• Best Deal Properties;

• Cafe’ du Brazil;

• Coca Cola, bil-prodotti Powerade;

• MRCD;

• Electrofix;

• Reflex Total Fitness Centre fir-Radisson Blu, San Ġiljan;

• Abitat;

• Sound Solutions.

Għal darb’oħra għajnuna kbira għada qed tingħata mill-Viċi President tal-Klabb, isSur Joseph Scicluna. Ta’ min wieħed ifakkar li l-istaġun li għadda kien wieħed memorabbli għallklabb tagħna fejn għall-ewwel darba ħadna sehem, b’suċċess, f’kull kompetizzoni organizzata mill-MFA, li jinkludi wkoll il-kompetizzjonijiet tal-Futsal u tan-Nisa.

F’dan l-istaġun barra l-promozzjoni tal-ewwel tim għad-diviżjoni Premier, kellna wkoll il-promozzjoni, bħala Champions tad-diviżjoni tagħhom, tat-tim ta’ taħt iddsatax il-sena, kif ukoll il-promozzjoni tat-tim tal-Futsal.





Leave a comment