Vincent Candela u Ray Sant ippremjati f’La Notte delle Stelle

Saturday, December 22, 2012, 21:19

L-eks ċampjin tad-dinja u benjamin fost il-partitarji romanista Vincent Candela,flimkien mal-president ta’ Roma Club Malta,Ray Sant kienu ippremjati f’La Notte delle Stelle’ ġewwa Ruma.Dan l-avveniment storiku organiżżat minn Roma Club Longarina isir kull sena,f’ġieħ  personaggi romanisti mid-dinja ta’ l-sport u spettaklu.Il-president ta’ Roma Club Longarina Giancarlo Cadolini, kellu kliem taelogju dwar dawn iz-żewġ personaġġi  li tant huma popolari f’Ruma.Candela jibqa’ mfakkar għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja,it-Tazza ta’ l-Ewropa,kif ukoll il-kampjonat taljan ma’ Roma.Huwa semma kif plejer tal-kalibru tieghu f’dik il-posizzjoni, t-tim ta’ Roma għadhom jimmisjawħ sal-lum il-gurnata.Rigward il-‘Magico Ray’ kif inhu magħruf il-president ta’ Roma Club Malta fost il-partitarji romanisti,kellu kliem ta’ tifħir rigward l-organizazzjoni serja tal-klabb Malti.Cadolini iddeskriva lil Roma Club Malta,bhala wiehed haj u attiv immens.

 Dawk prezenti għal din is-serata storika urew ix-xewqa li fil-futur qarib jaraw lil Vincent Candela bħala dirigent fis-soċjeta AS Roma.

 Candela u Sant li dehru emozzjonati rringrazzjaw minn qalbhom lil Roma Club Longarina.





1 Comment

  1. ma says:

    ROMA CLUB MALTA D BEST IN TOWN :)

    [Reply]

Leave a comment