Vida Siġġiewi waħedhom fl-ewwel post

Thursday, November 4, 2010, 12:00

minn Colin Schembri

KAMPJONAT TIENI DIVIZJONI IRGIEL

Starlites Ker Grill 54

Mtarfa Miscela D’oro 67
(20-9)(15-21(13-14)(19-15)

Starlites Ker Grill kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun filwaqt li taw it-tieni waħda lill-Imtarfa Miscela D’oro f’rebħa ta’ 67-59. Ivan Riolo għamel l-ewwel punti ta’ Starlites u wara freethrow ta’ Depiro, Starlites għamlu run ta’ 11-0 b’diversi punti ta’ Steve Gouder u trippla ta’ Robert Bonnici u fis-seba’ minuta kienu 13-1 minn fuq. Depiro wieġbu b’run ta’ 6-0 pero’ Starlites għalqu s-sessjoni bi break ieħor ta’ 7-2 u kienu 20-9 minn fuq. Fit-tieni perjodu Bonnici kompla jagħmel il-punti għal Starlites u trippla ta’ Riolo poġġithom 17 minn fuq 32-15. Wara li Starlites marru 35-20 fil-vantaġġ, Depiro għamlu break sabiħ ta’ 10-0 biex sal-mistrieħ naqqsu d-distakk għal 5 punti 35-30. Fil-ftuħ tat-tielet perjodu Depiro ġabu l-iskor indaqs wara trippla ta’ David Agius u punti ta’ Malcolm Sammut u trippla tal-istess player poġġithom minn fuq 40-39. Starlites reġgħu irkupraw u three pointer ta’ Bonnici reġa poġġijhom 6 minn fuq 48-44. Fl-aħħar perjodu Depiro reġgħu ġew punt minn taħt 48-47 pero Bonnici baqa’ jkun protagonist hekk kif trippla tiegħu fetħet run ta’ 9-0 għal Starlites. Kien għad fadal ftit inqas minn erba’ minuti għall-tmiem il-partita u Starlites għamlu break ta’ 7-0 li poġġijhom 11 minn fuq 63-52 u Depiro ma rnexxielhomx jirkupraw.

Starlites Ker Grill: B. Riolo 1, I. Riolo 18, S. Bonnici 29, D. Sultana, C. Doublet 2,  F. Bartolo 1, A. Cutajar, T. Degorgio, S. Gouder 16.

Mtarfa Miscela D’oro: S. Baldacchino 3, M. Sammut 18, K. Azzopardi, M. Camilleri, J. Vella, K. Mifsud, K. Xuereb 4, A. Buttigieg, D. Cini 6, G. Coleiro 18, D. Agius 10.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile

Bell Net SN Suns 64

Vida Siġġiewi 77
(13-24)(8-19(21-18)(22-16)

Iċ-champions Vida Siġġiewi rebħu d-derby kontra Bell Net SN Suns u kisbu t-tielet rebħa tal-kampjonat. Il-partita kellha ftuħ bilanċjat bis-Siġġiewi jibdew jibnu l-vantaġġ bill-mod. F’nofs is-sessjoni huma kienu 13-5 minn fuq fejn għamlu run ta’ 13-2 li għalquha bi trippla ta’ Ian Terribile. Suns wieġbu b’ħames punti konsekuttivi pero Siġġiewi kienu 9 minn fuq fi tmiem il-perjodu 24-13. Siġġiewi fetħu tajjeb fit-tieni sessjoni u għamlu run oħra ta’ 9-0 bit-tieni trippla ta’ Terribile biex f’nofs il-perjodu fetħu vantaġġ ta’ 19-il punt 35-16. Iċ-champions komplew jikkontrollaw il-partita hekk kif il-punti ta’ Suns ġew biss mil-linja tal-freethrow u fil-half time Siġġiewi kienu 22 punt minn fuq 43-21.

Suns ppruvaw inaqqsu d-distakk wara l-mistrieħ b’run ta’ 6-2 imwaqqfa minn three pointer ta’ Darren Debattista għal Siġġiewi. Suns wieġbu b’żewġ three pointers ta’ Trevor Grech u basket ta’ Hubert Agius u fis-sitt minuta naqqsu d-distakk għal 13-il punt 35-48. Siġġiewi għajtu time-out u tejjbu l-logħba tagħhom u trippla ta’ Alistar Duncan fid-9 minuta reġgħat tathom vantaġġ t’20 punt 59-39. Huma fetħu l-aħħar sessjoni b’run oħra ta’ 5-0 biex fir-raba’ minuta kienu 68-44 minn fuq. Hawn Siġġiewi daħlu jilgħabu diversi players żgħażagħ minn fuq il-bank biex Suns għalqu l-partita b’run ta’ 12-2 u naqqsu d-distakk għal skor finali ta Bell Net SN Suns 64 Vida Siġġiewi 77.

Bell Net SN Suns: C. Agius 14, R. Camilleri 8, H. Agius 13, M. Barberi 8, T. Grech 16, K. Caruana, R. Mercieca 4, R, Camilleri 1

Vida Siġġiewi: P. Vulovic 24, JP. Antonic 7, A. Duncan 9, D. Debattista 3, L. Grech 13, A. Borg 2, N. Falzon 3, R. Mifsud, C. Cassar 2, I. Terribile 8, G. Agius, G. Gauchi Grech 6

Referees: Alfred Carbonaro, Brian Sly.

Athleta 52

Floriana Eurobasket Peugeot 48
(10-13)(13-18)(14-9)(15-8) 

Athleta taw l-ewwel telfa tll-istaġun lil Floriana u flimkien ma’ Siġġiewi baqgħu l-unika team bla telfa. Floriana kellhom lil Ian Mercieca nieqes u Neville Mercieca sospiżi, Athleta kellhom lil Michael Pisani jagħmel l-ewwel dehra tiegħu tal-istaġun. Floriana marru 8-0 minn fuq bl-Athleta jwieġbu bil-punti ta’ Samuel Aquilina. Wara basket ta’ Steve Sammut għal Floriana, Athleta għamlu żewġ baskets u Floriana kienu 13-11 minn fuq. Il-Furjaniżi komplew iżidu d-distakk fit-tieni sessjoni u bi trippla ta’ Steve Sammut fetħu run ta’ 12-1 biex kabbru l-vantaġġ għal 12-il punt 25-13. Huma żammew id-distakk sat-tmien minuta pero’ Athleta reġgħu għalqu b’żewġ baskets u fil-halftime kienu 23-31 minn taħt.

Wara l-mistrieħ Athleta ħasdu lil Floriana b’run ta’ 9-0 fl-ewwel ħames minuti u marru punt minn fuq 32-31. Floriana wieġbu bi Chris Sammut u rnexxilhom jerġgħu imorru minn fuq 40-37 fit-tmiem it-tielet sessjoni. L-aħħar perjodu kien eċitanti u offra tensjoni sal-aħħar ħinijiet. Fis-sitt minuta Athleta reġgħu ħadu vantaġġ 43-42 imma Steve Sammut reġa’ poġġa lil Floriana 45-43 minn fuq. Athleta marru minn fuq fid-9 minuta48-45 pero fl-aħħar sekondi Steve Sammut għamel trippla oħra u reġa kien hemm parita 48-48. Athleta kellhom l-aħħar pusses tal-ballun u Ivan Buldakov għamel basket u marru minn fuq u Floriana ma rnexxielhomx isalvaw il-partita u Athleta rebħu 52-48.

 

Athleta: J. Chircop, A. Baldacchino, S. Aquilina 8, R. Formosa 12, J. Muscat, L. Fenech, M. Spiteri, M. Pisani 3, I. Buldakov 21, T. Wollmack 2

Floriana Eurobasket Peugeot: J, Curmi 2, A. Grech, M. Ciantar 2, C. Sammut 16, A. Pace 2, A. Barthet, S. Galea, S. Sammut 18, D. Deguara 1, B. Aquilina 8

Referees: Clive Terribile, Gordon Barbara

Klassifika Kampjonat Tieni Diviżjoni

 

Team Logħob Rebħ Telf Punti
Vida Siggiewi 3 3 0 6
Floriana Eurobasket Peuguot 3 2 1 5
Athleta 2 2 0 4
Starlites Ker Grill 3 1 2 4
Mellieha Tritones 2 1 1 3
Bell Net SN Suns 3 0 3 3
Mtarfa Miscela D’oro 2 0 2 2

 





Leave a comment