Vida Siġġiewi jsaħħu posthom fil-quċċata

Friday, November 19, 2010, 9:13

KAMPJONAT TIENI DIVIŻJONI IRĠIEL

minn Colin Schembri

Mellieħa 50
Starlites Ker Grill 72
(16-9)(11-26)(12-19)(11-18)

Starlites Ker Grill kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva fil-kampjonat filwaqt li taw it-tieni telfa lil Mellieħa. Għall-Starlites iddebutta Abraham Portelli wara karriera fl-ewwel diviżjoni filwaqt li Mellieha wkoll kellhom uċuh ġodda meta ddebuttaw Rueben Abela u Kenneth Genovese. Mellieħa kellhom l-aħjar bidu u bi three pointers ta’ Michael Camilleri u Oliver Sammut fetħu vantaġġ ta’ 7 punti 10-3. Starlites fallew xi free-throws biex Mellieħa kabbru l-vantaġġ 16-5. Pero’ l-aħħar żewġ baskets tal-perjodu ġew minn Starlites biex naqqsu d-distakk 9-16. Trippla oħra ta’ Sammut fetħet it-tieni perjodu pero’ hawn Starlites għamlu run ta’ 19-4 b’Portelli jidħol aktar fix-xena u marru 5 minn fuq 28-23. Mellieħa wieġbu bil-punti ta’ Saakian pero’ sal-mistrieħ Starlites fetħu vantaġġ ta’ 8 punti 35-27.

Starlites fetħu t-tielet perjodu b’run oħra ta’ 10-0 b’iktar punti minn Portelli  u marru 45-27 minn fuq. Trippla ta’ Sammut waqqfitilhom din ir-un bil-Mellieħa jersqu sa 15-il punt taħt l-avversarji 39-54. Fl-aħħar sessjoni l-vantaġġ ta’ Starlites reġa’ kiber għall-20 punt bill-punti ta’ Robert Bonnici. Wara li Starlites għamlu break ta’ 7 punti mingħajr risposta, Mellieħa wieġbu b’run ta’ 6-1 biex Starlites rebħu l-partita 72-50.

Mellieha Tritones: M. Cauchi 6, S. Saakian 14, P. Cauchi, E. Farrugia 2, R. Abela, O. Sammut 13, J. Aquilina 4, M. Camilleri 7, J. Sant 2, K. Genovese, P. Cauchi.

Starlites Ker Grill: B. Riolo 2, I. Riolo 11, R. Bonnici 10, D. Sultana, F. Bartolo 8, A. Cutajar 2, A. Portelli 32, T. Degorgio, S. Gouder 7.

Referees: Clive Terribile, Brian Sly.

Mtarfa Miscela D’oro 43

Bell Net SN Suns 58

(22-15)(9-23(6-12)(6-8)

Bell Net SN Suns kisbu l-ewwel rebħa tall-kampjonat wara tlett telfiet fill-waqt li ħallew lil Depiro jfittxu l-ewwel rebħa fill-kampjonat. Fill-bidu tall-partita Suns sabu xi diffikulta speċjalment li kellhom numru limitat ta’ players li setgħu jużaw għalkemm anke Depiro kellhom player importanti bħal David Agius nieqes. Fil-bidu tall-partita Depiro marru fuq quddiem pero’ sa nofs is-sessjoni kien hemm skor baxx ta’ 4-4. Depiro għamlu run ta’ 11-4 inkluża trippla ta’ Malcolm Sammut biex fetħu vantaġġ ta’ 7 punti 15-7. Huma żammew dan il-vantaġġ sa tmiem il-perjodu 22-15. Fl-ewwel minuti tat-tieni sessjoni Depiro baqgħu ikabbru 28-19. Hawn waslet reazzjoni tajba mis-Suns li mmexija minn Hubert Agius għamlu run qawwija ta’ 17-1 u marru 35-29 minn fuq. Ir-risposta ta’ Depiro ġiet minn basket ta’ Sean Baldacchino biex fil-half time Suns kienu 7 minn fuq 38-31.

Fl-ewwel tlett minuti tat-tielet perjodu saru biss 5 punti minn Suns inkluża t-tielet trippla ta’ Trevor Grech. Depiro wieġbu bit-tieni trippla ta’ Sammut pero Suns għalqu l-perjodu bi three pointer ieħor din id-darba tall-player coach Michael Barberi u kienu 50-37 minn fuq. Fl-aħħar perjodu kien nieqes mill-punti tant li sa nofshu kien hemm biss 3 minn Depiro u freethrow ta’ Suns. Dan kompla jiffavorixxi lis-Suns li mbagħad għamlu run ta’ 7-1 biex temmew il-partita fuq nota tajba u kisbu l-ewwel rebħa bi skor ta’ 58-43.

Mtarfa Miscela D’oro: S. Baldacchino 14, A. Psaila, M. Sammut 8, D. Schembri, M. Camilleri 3, J. Vella 3, K. Xuereb 3, D. Cini 2, G. Coleiro 10.

Bell Net SN Suns: C. Agius 14, R. Camilleri 8, H. Agius 13, M. Barberi 8, T. Grech 16, K. Caruana, R. Mercieca 4, R, Camilleri 1

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile.

Vida Siġġiewi 65

Athleta 51
(18-12)(12-17)(17-9)(18-3)

Dan il-konfront laqqa’ kontra xulxin liż-żewġ timijiet li kienu għadhom bla telfa fill-kampjonat. Il-partita kienet bilanċjata pero’ run tajba mic-champions Vida Siġġiewi fit-tielet perjodu tathom vantaġġ deċisiv. Siġġiewi kellhom nieqes lil Ian Terribile imma ntroduċew għall-ewwel darba lil Kris Farrugia b’Michael Pisani jkun nieqes għall-Athleta. Il-bidu tall-partita kien bilanċjat tant li sar-raba’ minuta kien hemm parita ta’ 6-6 bill-punti tas-Siġġiewi jaslu kollha minn Petar Vulovic. L-istess player poġġijhom minn fuq u sat-tmiem is-sessjoni Siġġiewi fetħu vantaġġ ta’ 6 punti 18-12. Athleta wettqu reazzjoni fill-ftuħ tat-tieni perjodu fejn fl-ewwel erba’ minuti għamlu run ta’ 11-0 inkluża trippla ta’ Roberto Formosa u marru 23-18 minn fuq. Siġġiewi ippareġjaw b’5 punti konsekuttivi pero’ Athleta għamlu run oħra ta’ 6-0. Ic-champions reġgħu wieġbu b’run oħra ta’ 7-0 inkluża trippla ta’ Noel Falzon biex temmew it-tieni sessjoni punt minn fuq 30-29.

Wara l-mistrieħ, kienu l-Athleta li reġgħu ħadu vantaġġ f’nofs il-perjodu 35-32. Hawn wasal il-break deċisiv ta’ Siġġiewi 15-3 li għalquh bi trippla ta’ Vulovic u marru 9 minn fuq 47-35 fi tmiem il-perjodu. Fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni Siġġiewi komplew jinqatgħu mill-avversarji b’run oħra ta’ 9-0 fosthom żewġ trippli konsekuttivi. Fis-sitt minuta Vulovic għamlet trippla oħra qabel ma nbidel bil-partita issa f’idejn Siġġiewi li ħarġu rebbieħa 65-51. 

Vida Siġġiewi: P. Vulovic 25, JP. Antonic 6, A. Debattista 1, D. Debattista 2, L. Grech 5, A. Borg 8, N. Falzon 5, K. Farrugia, E. Vella 3, R. Mifsud 4, G. Agius, G. Gauchi Grech 6

Athleta: J. Chircop, A. Baldacchino 3, S. Aquilina 12, J. Muscat, L. Fenech 4, M. Spiteri, R. Formosa 23, I. Buldakov 9, T. Wollmack.

Referees: Luke Camilleri, Alfred Carbonaro

Klassifika Kampjonat Tieni Diviżjoni
Team Logħob Rebħ Telf Punti
Vida Siggiewi 4 4 0 8
Starlites Ker Grill 4 2 2 6
Athleta 3 2 1 5
Floriana Eurobasket Peuguot 3 2 1 5
Bell Net SN Suns 4 1 3 5
Mellieha Tritones 3 1 2 4
Mtarfa Miscela D’oro 3 0 3 3

 





4 Comments

  1. Noel Brincat says:

    Hello, I’m trying to get hold of a contact of a Div 2 team to start training. I have played in the past and wish to start training again. My email address is brincatnoel@gmail.com. Thanks

    [Reply]

  2. Neutral says:

    This is BREAKING NEWS as it is the first time we have seen any reports of Second Division matches!!! I wonder why, maybe because Vida Siggiewi beat Athleta B????

    [Reply]

    Colin Schembri Reply:

    Sometimes I find it really not to reply to certain comments. At least I minimize my replies to those people like Mr/Ms/Mrs Neutral who write down comments far away from the truth. So I suggest that “Neutral” refers to articles posted on the 4/11/2010@12.00, 21/10/2010 @10:40 and 12/10/2010 under the 1st division report. The fact that there are less articles for the 2nd division is only because very few games were played so far. Regards. Colin Schembri

    [Reply]

    Adrian Baldacchino Reply:

    I play with Athleta B team and read frequently Colin’s articles this is not the first time the 2nd div games are reported.

    Colin keep up the good work !

    [Reply]

Leave a comment