Vida Siġġiewi jirbħu bi tbatija

Tuesday, March 22, 2011, 14:43

minn Colin Schembri

KAMPJONAT TIENI DIVIŻJONI IRĠIEL

 

Vida vs Suns

Vida vs Suns

Floriana Eurobasket Peugeot 58

Athleta 39

(13-5)(17-14)(11-3)(17-17)

Floriana Eurobasket Peugeot finalment irnexxielhom jgħelbu lil Athleta 58-39 biex pattew għat-telf li ħadu kontra l-istess avversarji. Athleta fetħu bi trippla ta’ Ivan Buldakov pero’ Floriana wieġbu b’run ta’ 13-2 u temmew is-sessjoni 13-5 minn fuq. Buldakov reġa’ wieġeb għal Athleta fil-ftuħ tat-tieni perjodu pero’ Floriana għamlu run oħra 10-0 u fis-sitt minuta kienu 23-7 minn fuq. It-tieni trippla ta’ Ian Mercieca kabbret il-vantaġġ Furjaniż 28-11. Athleta għalqu s-sessjoni b’run ta’ 8-2 inklużi trippli ta’ Adrian Baldacchino biex fil-halftime Floriana kienu 30-19 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Athleta reġgħu sabu diffikulta biex jagħmlu l-baskets u Floriana approfittaw b’run ta’ 11-0 u fetħu vantaġġ ta’ 20 punt 41-21. Il-leaders issudaw dan il-vantaġġ fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni wara run oħra ta’ 9-2 li għalquha bi trippla ta’ Steve Sammut. Wara li Athleta wieġbu b’basket ta’ Mark Spiteri reġa’ kien Sammut li bil-punti tiegħu wieġeb għal Floriana. Il-partita għalqet b’run ta’ 10-0 minn Athleta fosthom trippli ta’ Baldacchino u Michael Giusti biex Floriana rebħu 58-39.

Floriana Eurobasket Peugeot: J. Curmi, O. Shamala, M. Ciantar 3, C. Sammut 18, A. Pace, I. Mercieca 12, B. Aquilina 4, R. Polis 4, S. Sammut 17, D. Deguara, S. Galea.

Athleta: M. Giusti 8, D. Schembri, A. Baldacchino 9, S. Aquilina 5, J. Muscat 2, J. Chirchop 2, K. Cucciardi 2, M. Spiteri 2, I. Buldakov 9, T. Wollmack.

Referees: Clive Terribile, Luke Camilleri.

Mtarfa Miscela D’oro 37

Starlites Ker Grill 48

(10-7)(8-11)(7-22)(12-8)

Starlites Ker Grill stennew sat-tielet sessjoni biex aċċertaw ruħhom mir-rebħa kontra Mtarfa Miscela D’oro 48-37. Il-partita fetħet bl-Imtarfa jmorru 4-0 minn fuq qabel ma’ Starlites ippareġjaw bil-punti ta’ Robert Bonnici. Mtarfa reġgħu marru fuq quddiem bil-punti personali ta’ David Agius u fit-tmien minuta kellhom vantaġġ ta’ 6 punti 10-4. Starlites naqqsu d-distakk sa tmiem il-perjodu 7-10. Fl-ewwel erba’ minuti tat-tieni perjodu saru biss 3 punti imbagħad Imtarfa fetħu vantaġġ ta’ 8 punti 16-8. Starlites wieġbu b’run ta’ 8-0 u ppareġjaw 16-16 u basket fuq kull naħa għalaq it-taqsima fuq parita 18-18.

Starlites marrru għal-ewwel darba minn fuq fil-ftuħ tat-tielet sessjoni bil-punti ta’ Francois Bartolo u Ivan Riolo bl-Imtarfa jerġgħu iwieġbu bil-punti ta’ David Aguis. Starlites għamlu run ta’ 11-0 li għalquha bi trippla ta’ Bonnici biex sa tmiem il-perjodu kienu 15 minn fuq 40-25. L-aħħar sessjoni reġgħat kienet ta’ punteġġ baxx u fis-sitt minuta trippla ta’ Keith Mifsud rat lil Imtarfa jnaqqsu d-distakk għal 8 punti 37-45. Minn hemm il-quddiem kien hemm biss trippla ta’ Abraham Portelli għal Starlites li rebħu l-partita 48-37.

Mtarfa Miscela D’oro: S. Baldacchino 4, J. Vassallo 2, M. Camilleri, D. Angelov, K. Mifsud 3, K. Xuereb, D. Cini 4, G. Coleiro 7, D. Agius 17.

Starlites Ker Grill: B. Riolo, I. Riolo 4, R. Bonnici 17, A. Portelli 10, F. Bartolo 8, R. Loporto 7, S. Bonnici, A. Cutajar, C. Doublet 2.

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani.

Vida Siġġiewi 68 

Bell Net SN Suns 64 

(17-14)(18-15)(12-18)(21-17)

Ic-champions Vida Siġġiewi rritornaw għar-rebħ fil-kampjonat wara żewġ telfiet konsekuttivi meta għelbu lil Bell Net SN Suns 68-64. Siġġiewi kellhom lura lil Milan Pajic pero’ Ian Terribile u Glenn Gauchi Grech kienu nieqsa. Siġġiewi bdew tajjeb bi trippla ta’ Clayton Agius biex marru 11-4 minn fuq. Suns wieġbu bil-punti ta’ Hubert Agius u Igor Marjanovic biex ħadu vantaġġ ta’ punt 14-13 pero’ punti ta’ Lee Grech raw lil Siġġiewi jtemmu l-perjodu 17-14 minn fuq. Fit-tieni sessjoni Siġġiewi kabbru l-vantaġġ wara trippla ta’ Grech pero Suns ippareġjaw 22-22. Il-kumplament tal-perjodu baqa’ bilanċjat bis-Siġġiewi jagħmlu break qasir ta’ 6-2 lejn it-tmiem biex daħlu jistrieħu 35-29 minn fuq.

Fit-tielet perjodu Siġġiewi kabbru l-vantaġġ pero’ Suns ġew lura bi break ta’ 7-2 biex reġgħu resqu viċin. Freethrows ta’ Grech taw ftit tan-nifs lil Siġġiewi pero l-punti ta’ Robert Mercieca għal Suns rahom itemmu s-sessjoni f’parita ta’ 47-47. Ic-champions reġgħu marru fuq quddiem fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni bil-baskets ta’ Petar Vulovic u JP Antoncic bis-Suns iwieġbu bi trippla ta’ Barberi. Siġġiewi marru 59-52 minn fuq wara trippla t’Antoncic pero’ mill-ġdid Suns naqqsu d-distakk wara l-punti ta’ Marjanovic. Fl-aħħar tlett minuti Siġġiewi reġgħu fetħu distakk ta’ 6 punti 65-59 u minkejja l-isforzi ta’ Suns ma rnexxielhomx isalvaw il-partita biex Siġġiewi ħarġu rebbieħa 68-64.

Vida Siġġiewi: P. Vulovic 18, JP. Antonic 6, C. Agius 19, A. Duncan, L. Grech 23, A. Borg 8, N. Falzon, M. Pajic 2, E. Vella, K. Farrugia, G. Agius.

Bell Net SN Suns: J. Farrugia 2, R. Camilleri 5, R. Agius 3, H. Agius 12, M. Barberi 7, I. Marjanovic 16, R. Mercieca 17, R. Camilleri 2.

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani.

Klassifika Kampjonat Tieni Diviżjoni
Team Logħob Rebħ Telf Punti
Floriana Eurobasket Peugeot 9 8 1 17
Vida Siggiewi 9 6 3 15
Starlites Ker Grill 9 5 4 14
Athleta 8 5 3 13
Mellieha Tritones 8 5 3 13
Bell Net SN Suns 9 1 8 10
Mtarfa Miscela D’oro 8 0 8 8




Leave a comment