Victoria Libertas u Startlites jibdew it-tielet round bir-rebħ

Tuesday, March 5, 2019, 19:27

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Depiro 66

Victoria Libertas 71

(13-21)(19-13)(10-16)(21-13) (3-8)

Ġimgħa wara li rebħulhom fin-Knock-out, Victoria Libertas reġgħu għelbu lil Depiro din id-darba fil-kampjonat fuq skor ta’ 71-66 f’partita fejn Depiro reġgħu kienu penalizzati minn deċiżjonijiet tal-uffiċjali primarjament bi three pointer li ġie konvalidat minkejja li skada l-ħin. Dan wassal għal protesti li spiċċaw waslu għat-tkeċċija tal-coach Alfred Mifsud. Ħasra, għaliex il-partita kienet waħda missielta tant li kellha tiġi deċiża fil-ħin barrani. Wara li Libertas marru 11-6 minn fuq bi trippla ta’ Ian Terribile, Depiro rrispondew permezz ta’ Nenad Rosic u Miguel Brincat biex marru basket minn fuq. Fl-aħħar żewġ minuti kienu Libertas li għamlu l-punti f’run ta’ 10-0 bi Christian Briffa jispikka għal skor ta’ 21-13. Fit-tieni perjodu, Brincat kellhu trippla għal Depiro però Libertas baqgħu jżommhu l-vantaġġ wara punti minn Robert Loporto u Matthew Binder. Hawn waslet run ta’ 12-2 minn Depiro li rathom jippareġjaw il-partita però basket ta’ Nicolo Petrucci ra lil Libertas jidħlu jistrieħu 34-32 minn fuq.

Wara l-intervall, Depiro ħadu l-vantaġġ b’run qasira ta’ 6-0 iżda Libertas malajr wieġbu bi 8 punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Binder. Rosic reġa’ għamel l-iskor indaqs qabel ma sensiela ta’ free-throws raw lil Libertas jiftħu vantaġġ ta’ 8 punti 50-42. Fl-aħħar taqsima Libertas dehru fil-kontroll tal-partita fejn wara li sofrew rimonta oħra minn Depiro, kellhom sitt punti mingħajr risposta fit-tmien minuta biex fetħu vantaġġ ta’ 8 punti. Depiro però kellhom ħsibijiet oħra u fl-aħħar minuta trippli minn Brincat u Andy Attard rawhom jippareġjaw il-partita 63-63. Fil-ħin barrani però Depiro dehru li ħassew l-isforz li għamlu biex waslu s’hawn tant li kellhom biss tlett free-throws. Għal Libertas kien hemm il-punti konsekuttivi ta’ Daniele Miani li tahom ir-rebħa fuq skor ta’ 71-66.

Starlites GIG 79

Siġġiewi 55

(18-9)(27-8)(19-18)(15-20)

Starlites GIG komplew bil-mument posittiv tagħhom u reġgħu għelbu lil Siġġiewi 79-55. Kollox ġara fl-ewwel żewġ taqsimiet fejn hawn ukoll kien hemm diversi protesti ta’ Siġġiewi rigward il-kontroll tal-uffiċjali fejn Milan Nedic tkeċċa b’żewġ technical fouls u Billy Zammit kellhu erba’ fouls ukoll fl-ewwel minuti. Fil-fatt l-ewwel sessjoni kienet karateriżżata minn sensiela ta’ free-throws minn Starlites u protesti. Sar-raba’ minuta kien hemm parita ta’ 5-5 però t-taqsima għalqet bi trippla ta’ Matthew Scerri għal Starlites u skor ta’ 18-9. Fit-tieni perjodu, Starlites iddominaw fejn għamlu run ta’ 22-4 b’żewġ three pointers oħra ta’ Scerri u l-punti ta’ Miguel Falzon u Owen Psaila biex daħlu jistrieħu 45-17 minn fuq.

Wara l-intervall l-partita kkalmat però l-vantaġġ ta’ Starlites kien wieħed kbir u diffiċli biex jintlaħaq. Lejn tmiem il-perjodu Siġġiewi kkonkludew sensiela ta’ fast breaks permezz ta’ Zammit u Alex Novakovic f’run ta’ 13-5 għal skor ta’ 64-35. Fl-aħħar perjodu Starlites fetħu b’run ta’ 9-2 bi three pointer ta’ Scerri biex baqgħu f’kontroll assolut tal-partita minkejja li lejn it-tmiem kien hemm aktar ħarbiet ta’ Billy Zammit konklużi b’mod posittiv li servew biss biex jgħollu l-punteġġ tas-Siġġiewi hekk kif Starlites rebħu l-partita 79-55.

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Gżira Athleta

8

8

0

16

678

516

Starlites GIG

9

6

3

15

639

610

Victoria Libertas

9

3

6

12

527

648

Depiro

9

3

6

12

591

613

Siġġiewi

9

2

7

11

617

665

 

 





Leave a comment