Victoria Libertas jieħdu l-ewwel rebħa

Sunday, December 23, 2018, 11:26

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Victoria Libertas 52

Depiro 39

(16-12)(17-12)(6-6)(13-9)

Victoria Libertas ħadu l-ewwel rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Depiro 52-39. Depiro kellhom lil Andy Attard u Ilija Momiroski sospiżi u Libertas kienu mingħajr Christian Briffa. Il-partita kellha bidu bilanċjat bit-team ta’ Libertas jieħdu vantaġġ żgħir 8-4. Depiro wieġbu bi trippla ta’ Miguel Mallia però punti minn Robert Loporto u Enrico Lanzi ħallew lil Libertas fuq quddiem 16-12. Fit-tieni taqsima Depiro kellhom break qasir ta’ 7-2 biex marru fuq quddiem 19-18. Libertas reġgħu rrispondew bil-punti ta’ Emanuel Lupo u trippla ta’ Ian Terribile qabel ma Depiro wieġbu bi trippla ta’ Marco Zloh. Libertas għamlu l-aħħar sitt punti tal-partita biex daħlu jistrieħu 35-24 minn fuq.

It-tielet taqsima kienet nieqsa mill-punti tant li saru biss 12 –il punt b’sitt punti fuq kull naħa. Iż-żewġ timijiet kellhom trippla kull wieħed minn Miguel Brincat għal Depiro u Lanzi għal Libertas. Fl-aħħar sessjoni Depiro tħabtu biex inaqqsu d-distakk u rnexxielhom jaslu sa’ basket ‘l bogħod 39-41. Dawn però kienu l-aħħar punti tagħhom għaliex minn hemm ‘l quddiem kien hemm biss punti minn Libertas fosthom żewġ trippli oħra ta’ Terribile biex ħarġu rebbieħa 52-39.

Victoria Libertas: E. Lanzi 16, I. Terribile 11

Depiro: M. Brincat 12

Siġġiewi 68

 

Starlites GIG 87

(17-16)(21-19)(10-26)(20-26)

Starlites ġew lura minn distakk ta’ 10 punti li kellhom f’nofs it-tieni sessjoni biex dawwru l-iskor favur tagħhom u għamlu double fuq is-Siġġiewi fil-kampjonat. Starlites ħadu l-ewwel vantaġġ bil-punti ta’ Mirco Azzopardi li kellhu three pointer u marru 11-6 minn fuq. Siġġiewi wieġbu bi break ta’ 9-0 li għalquh bi trippla ta’ Milan Nedic però qabel intemmet is-sessjoni, Matthew Scerri għamel three pointer biex naqqas id-distakk għal punt 17-16. Fit-tieni taqsima Siġġiewi reġgħu fetħu tajjeb bl-ewwel punti ta’ Alex Novakovic flimkien ma’ Nedic. Starlites wieġbu bil-punti ta’ Scerri u Azzopardi però punti minn Novakovic ħallew lil Siġġiewi 10 minn fuq 34-24. Starlites irkupraw u trippli minn Azzopardi u Andre Vella flimkien mal-punti ta’ Miguel Falzon rawhom inaqqsu d-distakk għal 3 punti fil-halftime 35-38.

Wara l-intervall, Starlites ħasdu lil Siġġiewi b’run ta’ 12-2 bil-punti ta’ Nenad Stojanovsjki u Azzopardi biex marru 7 minn fuq 47-40. Siġġiewi ppruvaw jirkupraw bil-punti ta’ Nedic u trippla ta’ Novakovic però Starlites komplew b’żewġ three pointers minn Scerri u Falzon għal skor ta’ 61-48. Starlites għalqu l-partita fl-aħħar taqsima meta għamlu run ta’ 12-4 biex fetħu vantaġġ ta’ 20 punt u Siġġiewi ftit li xejn setgħu jirkupraw. Hekk kif Siġġiewi għamlu sitt punti mingħajr risposta, Starlites kienu pronti jwieġbu b’aktar baskets minn Stojanovski u Owen Psaila biex baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem u rebħu l-partita 87-68.

Siġġiewi: M. Nedic 20, A. Novakovic 14.

Starlites: N. Stojanovski 25, M. Azzopardi 22

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Gżira Athleta

4

4

0

8

335

267

Depiro

5

3

2

8

321

290

Starlites GIG

5

3

2

8

356

356

Siġġiewi

5

1

4

6

353

371

Victoria Libertas

5

1

4

6

279

360

 

 





Leave a comment