Victor Sciriha u Jesmond Zerafa mistiedna f’Valletta Side llejla

Thursday, May 10, 2012, 6:34
Il-mistiedna għal Valletta Side programm numru 32 mhu se jkunu ħadd għajr il-President ta’ Valletta FC Victor Sciriha kif ukoll il-kowċ ta’ Valletta FC Jesmond Zerafa.
Primarjamnet, il-programm se jiddiskuti l-aħħar loghba mill-Kampjonat BOV Premier – ir-rebha ta’ 1-0 kontra l-arċi-rivali eterni Floriana,  l-aħħar logħba li Valletta jmisshom mill-kampjonat kontra r-rivali Hibernians kif ukoll ir-rebħ tal-kampjonat in ġenerali..
Bħal kull gimgħa, il-programm se jkun qed jinkludi wkoll intervista ma’ plejer glorjuz tal-passat. Din il-gimgha l-intervista se tkun mal-eks plejer u illum President tal-MFA Norman Darmanin Demajo fejn se tixxandar l-ewwel parti tagħha, il-ġimgħa ta’ wara tkun qed tixxandar it-tieni parti. Matul dan il-programm il-partitarji kollha ta’ Valletta FC se jkollhom il-possibiltà li jaghmnlu telefonati diretti fil-programm biex isaqsu mistoqsijiet kemm lil Victor Sciriha kif ukoll lil Jesmond Zerafa.
Barra minn hekk il-partitarji kollha Beltin u anki mhux Beltin ghandhom il-possibilta’ li jibghatu sms’s li jinqraw waqt il-programm minn Marion Evelyn Cassar.
Valletta Side jixxandar kull nhar ta’ Hamis fid-9pm fuq Favourite Channel bi prezentazzjoni ta’ Mario Micallef, produzzjoni ezekuttiva ta’ George Tabone u produzzjoni ta’ Cristian Muscat. L-għada l-Gimgħa fis-7am ikun hemm ripetizzjoni tal-istess programm.






1 Comment

  1. Ray says:

    Ghaddejjin tahdidiet sabiex l-istagun li gej valletta f.c jkollhom sponsor gdid fuq il-flokk, dak ta’ DEL MONTE. It-tahdidiet waslu fi stadju avvanzat tant li l-kumpannija sahqet li jekk il-ftehim jintlahaq il-reklam irid jigi fuq wara tas-shorts. Bix-xieraq hux wara telfa bhall-dik ! PROSIT U GRAZZI HIBERNIANS. FORZA FLORIANA F.C GHALL-DEJJEM. Gheziez girien taghna, ahna l-furjanizi nixtiequ nghidulkom li biex iddahku n-nies bikom ta’l-ewwel tiehdu u bhala diska ha niddedikawlkom lemon tree. Ray vella – Hamrun, Bjorn kristensen – Hibernians, the next one will be more than welcome !

    [Reply]

Leave a comment