Victor Sciriha mistieden f’Valletta Side numru 21

Wednesday, February 22, 2012, 12:22

Il-mistiedna għal Valletta Side programm numru 21 se jkunu l-President ta’ Valletta Victor Sciriha, id-difensur internazzjonali Jonathan Caruana u l-kummentatur tekniku Mark Marlow.

Primarjamnet, il-programm se jiddiskuti l-aħħar logħba kontra Balzan Youths kif ukoll il-logħba mill-U*BET FA Trophy li Valletta jmisshom fi tmiem il-ġimgħa kontra Mosta.

Bħal kull ġimgħa, il-programm se jkun qed jinkludi wkoll intervista ma’ plejer glorjuż tal-passat. Din il-gimgha l-intervista se tkun mal-eks plejer Paul Curmi. Bħal dejjem it-telespettaturi huma mistiedna li jibgħatu sms’s matul il-programm li jinqraw mill-preżentatur matul il-programm. Lejn l-aħħar tal-programm issir telefonata wkoll minn partitarju ta’ Valletta.

Valletta Side jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fid-9pm fuq Favourite Channel.

 





Leave a comment