Viċin it-tmiem tal-Kampjonat

Tuesday, February 28, 2012, 20:50

minn Colin Schembri

KAMPJONAT TIENI DIVIZJONI IRGIEL

  

Qormi 55

Miscela D’Oro Mtarfa 51

(18-2)(8-16)(12-12)(8-16)(9-5)

 

Athleta vs Mellieha

Athleta vs Mellieha

Qormi għamlu double fuq Miscela D’Oro Mtarfa meta għelbuhom 55-51 wara l-ħin barrani. Qormi kellhom nieqsa lil Daniel Bugeja u Sean Gauchi pero’ rkupraw lil Kyle Vella. Mtarfa kienu mingħajr Calvin Calleja, Alex Psaila u Florin Agius. L-aqwa bidu tal-partita kien ta’ Qormi meta wara basket fuq kull naħa, Qormi għamlu run ta’ 18-0. Huma kellhom punti minn Kenneth Genovese, Clayton Camenzuli u Ervin Farrugia biex temmew is-sessjoni 18-2 minn fuq. Huma kabbru d-distakk b’żewġ baskets  fil-ftuħ tat-tieni sessjoni pero’ Mtarfa wieġbu bi break ta’ 7-0 fosthom trippla ta’ Joe Vella u f’nofs is-sessjoni kienu 9-22 minn taħt. Mtarfa komplew inaqqsu d-distakk b’iktar punti minn David Cini u Vella biex fl-intervall kienu 18-26 minn taħt.

Wara l-mistrieħ Qormi bdew tajjeb biex kabbru l-vantaġġ 31-18 u minkejja li Vella U jeffrey Gatt wieġbu għal Mtarfa, basket u trippla minn Justin Gambin taw vantaġġ ta’ 13 –il punt lil Qormi 38-25. Lejn tmiem it-tielet perjodu u l-bidu tar-raba’ Mtarfa għamlu 11 –il punt mingħajr risposta biex waslu sa basket ‘l bogħod 36-38. Huma komplew jagħfsu tant li ħadu vantaġġ 45-42. Qormi ppareġjaw u minkejja li kellhom ċans jerbħu b’żewġ freethtrows, m’għamluhomx biex il-partita marret għal ħin  barrani fuq skor ta’ 46-46. Hawn Qormi kienu aħjar speċjalment bil-punti ta’ Gambin u wara li Mtarfa ppaerġjaw darbtejn, Qormi għalqu bi break deċisiv ta’ 5-1 u rebħu l-partita 55-51.

 

Qormi: C. Camenzuli 7, G. Micallef 3, K. Vella, K. Genovese 6, D. Debattista 1, C. Debono 7, S. Kivshanov 8, L. Bugelli, J. Gambin 13, K. Vella, E. Farrugia 10.

Miscela D’Oro Mtarfa: S. Baldacchino, J. Attard, D. Schembri 4, J. Vella 18, D. Cini 16, J. Viibe 11, J. Gatt 12.

Referees: Emanuel Mangani, Robert Darmanin.

 

Starlites 45

Floriana YTC Travel 36

(11-9)(14-7)(7-8)(13-12)

 

Starlites għelbu għat-tielet darba dan l-istaġun lil Floriana YTC Travel bi skor ta’ 45-36 f’partita kwieta speċjalment fit-tielet sessjoni. Starlites kienu mingħajr David Sultana u Donovan Deguara u Floriana kellhom tlett players nieqsa Lauren Pavia, Rihards Polis u Ryan Bezzina. Il-partita kellha bidu bilanċjat u wara li Starlites ħadu vantaġġ, Floriana ġabu l-iskor indaqs 6-6. Robert Bonnici għamel it-tieni trippla tiegħhu għal Starlites pero’ Floriana baqgħu viċin 9-11 fi tmiem il-perjodu. Il-punti ġew bil-mod fil-ftuħ tat-tieni sessjoni tant li sa nofsha Floriana kienu basket minn fuq 15-13. Hawn waslet run ta’ 8-0 minn Starlites b’punti ta’ l-aħwa Bonnici u fl-intervall Starlites kienu 9 minn fuq 25-16.

It-tielet sessjoni kienet l-aktar waħda ta’ skor baxx u wara li Starlites żiedu l-vantaġġ bi trippla ta’ Bonnici u basket ta’ Robert Loporto, Floriana għamlu break ta’ 6-0. Dan ma kienx biżżejjed għax Starlites temmew is-sessjoni 32-24 minn fuq. L-aħħar sessjoni kienet aħjar minn ta’ qabilha fejn wara li Starlites għamlu break ta’ 7-2, Floriana ġew lura b’erba’ baskets wara xulxin biex fl-aħħar minuta naqqsu d-distakk għal 5 punti 34-39. Hawn pero Starlites għamlu diversi freethrows biex aċċertaw ir-riżultat fuq skor finali 45-34.

 

Starlites: R. Loporto 8, R. Bonnici 19, C.Doublet 4, S. Bonnici 7, A. Cutajar, C. Borg 1, A. Schembri, A. Cutajar 2, F. Bartolo 4.

Floriana YTC Travel: N. Mercieca 3, M. Sapiano 1, D. Garcia 20, R. Manicaro 2, O. Shamala 10, A. Barthet, S. Galea.

Referees: Emanuel Mangani, Brian Sly

 

Athleta 45

Mellieħa 35

(10-9)(13-8)(8-12)(14-6)

 

Athleta rnexxielhom jegħlbu lil Mellieħa għall-ewwel darba dan l-istaġun 45-35 biex pattew għat-telf li sofrew fis-shield u fl-ewwel round tal-kampjonat. Mellieħa ddiżapuntaw u għamlu wisq turnovers speċjalment fl-ewwel taqsima. Athleta rkupraw lil Malcolm Tong u Martin Krastev fil-waqt li Mellieħa kienu mingħajr Oliver Sammut. Mellieħa bdew jagħmlu diversi turnovers  sa mill-bidu tal-partita u Athleta approfittaw  meta baskets kontinwi ta’ Zak Borg tawhom vantaġġ ta’ punt fi tmiem is-sessjoni 10-9. Mellieħa dawwru l-iskor fil-ftuħ tat-tieni sessjoni b’żewġ baskets konsekuttivi minn Aziz Mehmedov u Joshua Aquilina. Pero’ Mellieħa komplew jitilfu pusess wara l-ieħor tant li f’din is-sessjoni biss għamlu 13 –il turnover. Athleta għamlu run ta’ 11-0 biex fetħu vantaġġ ta’ 8 punti 23-15 qabel ma’ Michael Borg Anastasi għamel l-aħħar basket qabel l-intervall biex Athleta daħlu jistrieħu 23-17 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Athleta kellhom bidu tajjeb u għamlu l-ewwel sitt punti mingħajr risposta. Mellieħa tjiebu u għamlu run ta’ 10-1 b’punti konsekuttivi ta’ Rueben Abela fosthom trippla biex reġgħu naqqsu d-distakk għal basket 31-29. Il-punti ġew bil-mod fil-ftuħ ta’ l-aħħar sessjoni tant li wara ħames punti Athleta kienu għadhom punt minn fuq 33-32. Hawn pero’ Athleta għamlu run ta’ 8-1 li biha fetħu vantaġġ ta’ 8 punti 41-33. Mellieħa fallew diversi freethrows lejn it-tmiem biex Athleta setgħu jikkontrollaw biex rebħu l-partita 45-35.

 

Athleta: H. Soufain, C. Galea 7, M. Krastev 2, M. Galea, M. Gauci Montalto , M. Tong 3, Z. Borg 20, J. Chircop 11, A. Azzopardi 2, D. Cassar.

Mellieħa Tritones: M. Cauchi 3, M. B. Anastasi 6, J. Muscat 3, A. Mehmedov 2, R. Abela 7,  J. Aquilina 4, M. Camilleri, J. Sant, G. Coleiro 10, P. Cauchi.

Referees: Gordon Barbara, Alfred Carbonaro

 

Klassifika Kampjonat Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti
Siggiewi

13

13

0

26

Bell  Net SN Suns

13

10

3

23

Starlites

13

9

4

22

Mellieha Tritones

13

5

8

18

Qormi

13

5

8

18

Athleta

13

4

9

17

Mtarfa Miscela D’oro

13

3

10

16

Floriana YTC Travel

13

3

10

16

 

 

 





14 Comments

  1. Rahal says:

    To whom it may concern…….
    Hemm xi cans li ikun hemm xi post fejn il players li jkunu ser jilghabu jaghmlu warming up sura? Jista jkun players jaghmlu warming up fil-kurutur umbad ikollhom 15 mins biex jamlu warming-up fuq il-court???????? Jista xi hadd jaghmel xi haga?

    [Reply]

    Miles Reply:

    @Rahal
    There is the court behind the main court no? next to the cafe.

    [Reply]

  2. JosephB says:

    @ louis mizzi Kont nahseb li almenu thobbu il basketball sur mizzi avolja ma naqbilx ma hafna kummenti tieghek imma bdiltli il fehma kollha. Iktar u iktar jekk inehhu l-under 23 tara kemm hu waste of time. Team wiehed ghandu players zghar fis 2nd division? Team wiehed ghandu players li kibru imma jaghtu il110% taghhom qisghom qed jilaghbu ghal hajjithom? Mela hallina halli niehdu pjacir narahom jilghabu il-loghba li tant ghal qalbna.

    [Reply]

  3. karmnu says:

    Bhas-soltu kumment BLA SENS minghand Louis Mizzi. X’tistenna minn bniedem li qatt ma jara xejn tajjeb fil-loghba u f’min imexxija!!! IBDEL L-ISPORT MAN…MUR GHAT-TIGRIJIET TAZ-ZWIEMEL forsi taqla xi daqqa ta zewg

    [Reply]

  4. Miles says:

    @ louis mizzi

    Why is it a waste of time? It provides a good opportunity for people who cannot commit to a tight training regime to still play the game they love!!! 

    I have seen numerous 2nd division games, and all the people on court always give a 100% commitment and passion for the game!!! 

    Plus, it also has a good following!

    Maybe you should rethink your statement Mr. Mizzi!!!

    [Reply]

  5. louis mizzi says:

    Fl’ ahhar il kamjonat div 2 gej fl eluq. Dan waste of time.

    [Reply]

    Beatrice Potter Reply:

    Int bis-serjeta Louis Mizzi? Jaqaw int qat ma titla ta Qali????

    U leeeeeeeeeeeeeeeeeeeeeeee!!!!!

    Basketball Malti sabih ghax hemm dawn iz-zewg divizjonijiet….u taghti opportunita lil kulhadd biex jiprattika!!

    Il-loghoba sabiha hekk!!! B livelli diversi u cans ghal kulhadd!!!

    [Reply]

    F. Horice Reply:

    @ louis mizzi

    Ghaziz sur Mizzi, jiena ma naqbilx mieghek….

    Nahseb l-idea li il-league tas-2nd huwa “waste of time” hija idea hazina hafna u wahda li ma taghmilx sens, specjalment meta tahseb fil present u fil futur tal-loghoba tal- BBall.

    Hemm hafna enthusiasmu u imhabba ghal-loghoba tal basketball fis-2nd!!

    Is-2nd Division league importanti daqs kemm hu il-1st!!!!!!  ALLAHARES M’HEMX IS-2ND!! Nahseb kull player li issa qied jilghab 1st xi darba f’hajtu ghamel esperjenza fis-2nd…u probabli kienet ukoll esperjenza tajba hafna ghalieh!!

    Anzi, ghalxiex ma jistawx jamlu li jkun hemm 2 jew 3 players mis-2nd li jkunu jistaw jilabu mal-1st….halli ikollhom cans jilghabu izjed u jamlu daqxejn esperjenza fil-1st ukoll!!??? L-idea hija li taghmel il-qabza mil-1st ghas-2nd izjed facli! Fl-leagues ohrajn issiba hafna din!

    Nahseb l-idea li naghtu cans lil players li m’humiex professionals li ghandhom cittadinanza europea taghmel hafna sens. U nahseb ukoll li mhux lic-cittadini tal EU biss ghanda naghtu cans jilabu….izda anka lill dak li huma residenti Malta u ilhom hawn ghal zmien twil, izda m’humiex cittadinin tal EU….

    Forsi il-fatt li issa jista ikollok izjed min barrani wiehed fuq il bank hija idea tajba. Imma nahseb dawn ghandhom jilabu! In-nies li jitilaw ta’qali, nahseb, jarawhom jilghabu iridu u m’hux fuq l-istands jew fuq il bank. 

    Ma nafx….imma forsi hekk inkunu qedin inkabbru il-loghba tal BBall u naghmluha ghal kulhadd!!! nahseb kulhadd hekk irid le?

    [Reply]

    Truly Bball Lover Reply:

    good Idea… imma I think 2nd divsion is already full of players.. so there will be maltese ending up not playing… So what I would suggest is to work more with councils … so new teams are involved…. and make more organazation so that players who ant to play find a team

    [Reply]

    Dudly Reply:

    yes….more teams please….so everyone can play.

  6. F. Horice says:

    Kif qied jghid is-Sur Schembri, il-kampjonat tad-tieni divizjoni daqt jasal fi tmiemu! 

    Il-kampjonat tal-ewwel divizjoni ma fadallhux hafna lanqas!

    Ahna li niddedikaw hafna zmien ghall loghoba tal–BBall, ghanda f’dan iz-zmien nistaqsu kif, u jekk il-loghoba li tant inhobbu ux qeda timxi il quddiem!!??

    Ghaldaqstant, il-mistoqsijja li jiena inpoggi hija din: “il-basketball Malti miexi il-quddiem?”

    X’qied isir biex il-basketball jimxi il-quddiem?

    X’nistaw naghmlu biex il-basketball jimxi il-quddiem?

    X’jista jsir?!!!!!!

    Kulhadd kuntent? Nistaw naghmlu xi haga?

    [Reply]

    King Arthur Reply:

    We should give the opportunity to all European citizens and others of other nationalities who love the game and reside in Malta to play…and not have these rules which say that you have to be Maltese to play basketball! Basketball is for everyone, and we should give this opportunity to everyone to play!! We should still have the “one team-one professional” rule…as this will protect the economic well-being of the clubs. However, this is an amateur league, and as such all amateurs, no matter what nationality, should play!!

    [Reply]

    Basketball Fan 2 Reply:

    @ King Arthur.

    AGREE with one team-one professional rule! also agree with playing EU citizens!! Mela dhalna fl EU ghal xejn ahna?!!

    [Reply]

    Carmelinu Reply:

     We have to make it more entertaining!! How are we going to do that?

    [Reply]

Leave a comment