- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Vella jsejjaħ l-iskwadra finali għall-UEFA U-17 Tournament

Posted By Sportinmalta On October 25, 2017 @ 3:09 pm In Featured,Football | No Comments

Silvio Vella, l-coach tat-tim Malti ta’ taħt is-17-il sena, sejjaħ skwadra ta’ 20 player għat-tournament ta’ kwalifikazzjoni mill-UEFA U-17 Championship.

Malta se tkun qed tospita l-logħob mill-ewwel round ta’ Group 1 ta’ dan il-kampjonat.  Grupp 1 huwa kompost minn Malta, il-Belġju, l-Irlanda ta’ Fuq u l-Isvizzera.

L-20 player magħżula minn Vella huma fuq il-kotba ta’ clubs Maltin.

Malta tiftaħ l-impenji tagħha kontra l-Belġju għada il-Ħamis, 26 ta’ Ottubru fis-Centenary Stadium fil-ħdax ta’ filgħodu. Fit-tieni logħba, li tibda fis-2pm, l-Irlanda ta’ Fuq jilagħbu kontra l-Isvizzera.

Il-Ħadd imbagħad Malta tilgħab kontra l-Isvizzera fis-2pm bl-ewwel partita tal-ġurnata fis-Centenary Stadium tkun dik bejn il-Belġju u l-Irlanda ta’ fuq fil-11 ta’ filgħodu.

L-Erbgħa 1 ta’ Novembru fil-11 iż-żgħażagħ Maltin itemmu l-impenji tagħhom fi Grupp 1 kontra l-Irlanda ta’ Fuq fis-Centenary Stadium. Fl-istess ħin, l-Isvizzera tilgħab kontra l-Belġju fl-Istadium Nazzjonali.

Ritratti Joe Borg MFA


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/vella-jsejjah-l-iskwadra-finali-ghall-uefa-u-17-tournament/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.