Vella jfalli l-bronż bl-agħar tir fix-shoot off

Tuesday, May 31, 2011, 20:00

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa  

Minn Sandro Micallef li qed jirraporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għall-Melita Sports. 

William Vella (fin-nofs) waqt il-kompetizzjoni tal-Air Rifle

William Vella (fin-nofs) waqt il-kompetizzjoni tal-Air Rifle

William Vella beda fuq nota pjuttost negattiva l-avventura tiegħu  hekk kif falla l-midalja ta-bronż  fl-Air Rifle, b’mod mill-aktar inkreddibbli fix-shoot off. 

Din ta’ Vella tista’ titqies bħala diżappunt wara li sentejn ilu kien rebaħ il-Bronż ġewwa Ċipru. Issa Vella jikkompeti f’kategorija oħra tal-Prone sabiex forsi jitla’ fuq il-podju hawn f’Liechtenstein. 

Hu seta jilgħab għax-shoot off wara li kkwalifika fis-sessjoni ta’ filgħodu madankollu waqt is-sessjoni finali wara li kien irnexxielu jikseb it-tielet post wara l-ewwel ftit rounds, fejn fil-ħames round kellu wkoll l-aħjar tir tar-round ta’ 10.5, spiċċa intlaħaq mit-tiratur ta’ Liechtenstein Michael Mattle. 

Għax-shoot off fis-sala waqa’ skiet perfett u waqt li t-tensjoni kienet tinħass fuq kulħadd, Mattle għamel dak li m’għamilx tul il-kompetizzjoni kollha, spara 10.5 rebaħ il-bronż hekk kif Willam kellu l-agħar tir tal-kompetizzjoni meta laqat 7.9. 

Diżappuntati wkoll dehru l-uffiċjali tal-KOM fosthom l-Imħallef Lino Farrugia Sacco u d-Direttur tal-Isport Mark Cutajar fejn kellna tamiet kbar li noħorġu minn ġol-kumpless ta’ Gemeindesal Balzers. 

B’hekk rebaħ id-dehem Kessler ta’ Liechtenstein, il-Fidda Pitsilloudis ta’ Ċipru u l-Bronż Mattle. 

Matul is-sessjoni tal-Finali William Vella spara hekk: 

8.9, 10.3, 10.2, 10.4, 10.2, 10.2, 9.6, 9.6, 8.7, 10.5, u 7.9 fix-Shoot Off. 

Ritratt Roberto Runza www.robertorunza.com

Ritratt Roberto Runza www.robertorunza.com

Ritratt Roberto Runza www.robertorunza.com

Ritratt Roberto Runza www.robertorunza.com





Leave a comment