Vassallo jtemm l-impenji tieghu fil-Latvja

Sunday, July 28, 2013, 14:41

Ir-referee internazzjonali tal-Basketball, Bernard Vassallo, temm l-impenji tieghu fil-Kampjonati Ewropej U/18 ‘A’, li saru fil-Latvja.

Vassallo kkontrolla total ta’ 9 partiti:

Latvja v Bulgarija, Kroazja v Turkija, Ukrajna v Turkija fl-ewwel fazi.

Ingilterra v Spanja, Ukrajna v Grecja, Kroazja v Italja fit-tieni fazi

Bosnia v Grecja u Russja v Litwanja fil-loghob ghall-pjazzamenti

Bernard Vassallo mbaghad spicca b’loghba ta’ prestigju, dik ghall-Midalja tal-Bronz, bejn Latvja u Spanja, flimkien mar-referees l-ohra, Emin Mogulkoc tat-Turkija u Marko Juras ta’ Serbja.

Il-finali kienet bejn Kroazja u Turkija, li Vassallo kien ikkontrolla loghba bejniethom, aktar qabel, fi Grupp D, mar-referees, Zoran Sutulovic, minn Montenegro u Marko Vuckovic ta’ Slovenja.

Kien hemm 17 ufficjali gholja, li jikkontrollaw partiti mill-Ewrolega, f’dan il-loghob, minn total ta’ 24, u l-partita ghar-rebh tal-Midalja tal-Bronz tikber fl-importanza ghal Bernard Vassallo, bir-rapporti tajba li kien ircieva, wara l-partiti li kien ikkontrolla qabel.





Leave a comment