Varar ta’ dixxiplini sportivi mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar

Wednesday, June 26, 2013, 17:25

Waqt konferenza stampa li varat dixxiplini sportivi għall-komunità ta’ San Pawl il-Baħar li saret fil-bini tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Stefan Buontempo qal li l-Gvern irid jaħdem aktar mal-Kunsilli Lokali fl-interess talisport.

Il-Gvern huwa favur dawn l-iskemi għax mhux biss qed joħolqu kuxjenza dwar il-bżonn t’attività fiżika imma wkoll qed iħajjru numru dejjem akbar ta’ persuni jieħdu sehem fl-isport.

F’din l-inizjattiva il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar se jinvesti b’madwar €2,000 f’dawn l-attivitajiet u l-Kunsill Malti għall-Isport flimkien madDipratiment tal-Gvern Lokali se tiffinanzja €2,000.

F’din l-iskema l-Kunsill Malti għall-Isport se jiffinanzja €30,000 filwaqt li ddipartiment għall-Gvern Lokali se jiffinznja l-istess ammont.

Buontempo qal li din l-inizzjattiva torbot tajjeb mal-programm Summer on the Move li hu programm vast t’attivitajiet sportivi li fih se jiehdu sehem madwar 3,000 ruħ.

Huwa saħaq li peress li Malta għandha rata t’obeżità ta’ 21.1% nisa u 24.7% irġiel l-Gvern irid sport aċċessibbli għal kulħadd u dan jista’ jsir bi sħab malKunsilli Lokali. Is-Segretarju Parlamentari żied jgħid li l-Gvern irid li anke l-iskejjel tagħna jinfetħu barra l-ħinijiet tal-iskola u propju għalhekk li qed isir inventarju talfaċilitajiet sportivi anke fl-iskejjel. Huwa saħaq pajjiżna għandu bżonn poplu b’saħħtu anke għaliex iktar ma jkollna poplu b’saħħtu anqas ikollna piż fuq issettur tas-saħħa tal-pajjiż.

L-attivitajiet sportivi għal sena ser ikunu; Multisport activities għal kulħadd, u għawm.





Leave a comment