Vantaġġi komdi għal Hibs u Gżira Athleta fl-ewwel semi-finali

Monday, February 10, 2020, 10:19

Tazza Louis Borg Irġiel

minn Colin Schembri

Hibernians 128

 

Depiro 96

(30-19)(36-26)(36-20)(26-31)

Hibernians se jġorru magħhom vantaġġ komdu ta’ 32 punt għat-tieni

Ritratt: Wally Galea

leg wara li għelbu lil Depiro 128-96 fl-ewwel partita. Hibs iddominaw il-partita sa’ mill-ewwel minuti tagħha fil-waqt li d-difiża ta’ Depiro kienet wisq laxka bil-Pawlisti jaqbżu l-mitt punt saħansitra fit-tielet taqsima. Hibs mal-ewwel taw indikazzjoni tal-intenzjonijiet tagħhom u wara tlett minuti kienu diġa 8-1 minn fuq. Wara li Depiro ġabu lura 4 punti mill-Amerikani Cordorius Johnson u Quinn Cooper, Hibs għamlu run oħra ta’ 12-3 bi trippla ta’ Chandler Rowe flimkien ma’ David Bugeja u Nikola Vasovic. Johnson wieġeb għal Depiro qabel ma Hibs komplew b’żewġ trippli ta’ Vasovic u Kieron Caruana għal skor ta’ 30-19. Fit-tieni sessjoni Hibs fetħu b’seba’ punti konsekuttivi fosthom trippla oħra ta’ Caruana. Johnson irrisponda bi trippla għal Depiro però Hibs għamlu run ta’ 11-1 bi trippli minn Caruana u Luke Farrugia. Sensiela ta’ trippli fuq iż-żewġ naħat minn Jay Hardy u Johnson ħallew lil Hibs b’vantaġġ komdu fl-intervall 66-45.

Fit-tielet taqsima ma kienx hemm risposta minn Depiro bil-Hibs minn naħa l-oħra jkomplu jżidu l-vantaġġ bi break ta’ 7-0. Għal Depiro waslu l-punti ta’ Cooper li sa’ dak il-ħin kellhu partita pjuttost kwieta għalkemm il-vantaġġ ta’ Hibs baqa ta’ 24 punt 84-60. Hawn Hibs għamlu run ta’ 18-5 fejn kellhom it-trippli minn Bugeja u Vasovic u basket ta’ Ivan Demcesen għaqqdilhom il-mitt punt. Fl-aħħar taqsima l-logħob kien aktar maqsum hekk kif Mario Tabone uża wkoll players żgħażagħ minn fuq il-bank. Depiro kellhom aktar trippli minn Johnson flimkien ma’ Adam Chomo qabel ma Hibs għalqu l-partita bil-punti ta’ Chanlder Rowe u Caruana biex ħadu r-rebħa 128-96.

Hibernians: P. Attard, D. Bugeja 15, K. Caruana 17, L. Farrugia 3, J. Hady 20, I. Bonnett 2, N. Vasovic 27, A. Axiaq, M. Matijevic 3, M. Attard, C. Rowe 16, I. Demcesen 25.

Depiro: C. Johnson 40, Q. Cooper 25, J. Attard, D. Farrugia 3, N. Grech 4, K. Xuereb 10, M. Borg, M. Brincat 3, A. Chomo 11, A. Attard, T. Zammit.

Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, Ivica Simic

Gżira Athleta 105

Mellieħa Libertas 76

(22-18)(31-11)(30-25)(22-22)

Il-polza tat-tieni semi-finali laqqgħet kontra xulxin lic-champions

Ritratt: Wally Galea

Gżira Athleta kontra Mellieħa Libertas li bħalissa huma l-leaders tat-tieni diviżjoni. Mellieħa użaw dawn il-kompetizzjonijiet biex jesperjenzaw logħob ta’ livell aktar għoli. Il-partita kellha bidu bilanċjat u wara li Athleta ddominaw it-tieni taqsima, ż-żewġ taqsimiet ta’ wara kienu aktar bilanċjati. Athleta fetħu b’żewġ trippli minn Peter Shoults u Nathan Xuereb. L-ewwel punti ta’ Mellieħa waslu minn Alex Perunicic u Nenad Stojanovski u naqqsu d-distakk għal 3 punti. Hawn Athleta għamlu run ta’ 8-0 bil-punti ta’ Conell Crossland però Mellieħa wkoll kellhom break qasir ta’ 7-0 kollhu minn Stojanovski għal skor ta’ 22-18, Fit-tieni taqsima kienu Athleta li fetħu b’sitt punti oħra minn Crossland, Shawn Pace u Ian Thiesen. Wara baskets ta’ Christian Briffa u Stojanovski għal Mellieħa, Athleta wieġbu bi trippla ta’ Matthew Gouder. Wara punti fuq kull naħa li ħallew lil Athleta 10 minn fuq 39-29, it-team ta’ Sasha Dimitrijevic għalqu t-taqsima bi break ta 14-0 bi trippli minn Xuereb u Gouder għal skor ta’ 53-29.

Wara l-intervall Perunicic fetaħ bil-punti għal Mellieħa bi Crossland u Gouder iwieġbu għall-Athleta. Gouder kompla b’ seba’ punti oħra b’Mellieħa jwieġbu permezz ta’ Stojanovski u Perunicic. Iż-żewġ timijiet komplew iżidu l-punti hekk kif Ryan Abela kellhu erba’ baskets konsekuttivi għal skor ta’ 83-54. Mellieħa fetħu l-aħħar taqsima bi break ta’ 10-2 bi trippli minn Ricardo Costa u Anthony Schembri. Thiesen wieġeb bi trippla għall-Athleta u b’aktar players żgħażagħ fuq il-bank komplew jikkontrollaw il-partita fejn għaqqdu l-mitt punt b’basket ta’ Gouder u ħarġu rebbieħa 105-76.

Gżira Athleta: N. Buhagiar, C. Crossland 22, E. Sciberras, P. Shoults 6, L. Stefanovic 2, N. Xuereb 12, M. Gouder 17, I. Thiesen 30, E. Abela 1, R. Abela 8, S. Pace 7.

 

Mellieħa Libertas: A. Schembri 3, J. Lisandrau, R. Loporto, J. Vaz 2, A. Perunicic 23, C. Briffa 5, N. Stojanovski 36, K. Skarabec 2, C. Sultana, R. Costa 5, M. Costa.

Referees: Bernard Vassallo, Vladimir Nikolic, Sejmir Tafilika.





Leave a comment