- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Vantaġġ doppju għac-champions Caffè Moak Luxol

Posted By sportinmalta1 On April 21, 2016 @ 7:02 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat MSV life Nisa – FINALI

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 49

Electrofix Hibs 43

(5-6)(7-19)(16-13)(21-5)

Ic-champions Caffè Moak Luxol kisbu t-tieni rebħa fil-finali tal-kampjonat MSV Life kontra Electrofix Hibernians 49-43. Din id-darba, Luxol kellhom rimonta stupenda fejn ġew lura minn distakk ta’ 15 –il punt fit-tielet sessjoni. Hibs kienu qiegħdin jiddominaw il-partita sa’ nofs it-tielet sessjoni però fl-aħħar taqsima sfaxxaw għal kollox u tilfu l-partita. Luxol irkupraw lill-players li kellhom nieqsa fl-ewwel partita, Mandi Mercieca, Abigail Calleja u Martina Darmanin fil-waqt li Hibs kienu mingħajr Elena Cassar sospiża. L-ewwel sessjoni kienet ta’ skor baxx u għalkemm Luxol kellhom seba’ turnovers Hibs m’approfittawx. Il-punti ta’ Luxol ġew kollha minn free-throws ħlief basket ta’ Sarah Pace fl-aħħar ħinijiet bil-Hibs ikollhom il-baskets ta’ Christina Grima, Josephine Grima u Maria Said għal skor ta’ 6-5. Fit-tieni perjodu Luxol ma rkuprawx anzi żiedu t-turnovers tagħhom u din id-darba l-Hibs irnexxielhom jagħmlu run ta’ 14-3 bi three pointers ta’ C. Grima u Iona Agius biex fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 20-10. Luxol wieġbu b’basket ta’ Mercieca però Hibs kellhom ħames punti oħra biex daħlu jistrieħu 25-12 minn fuq.

Wara l-intervall kienu Hibs li bil-baskets ta’ C. Grima u Hannah Al Tumi żiedu l-vantaġġ hekk kif Luxol kellhom biss free-throws. Wara run qasira ta’ 5-0 bi trippla ta’ Steffi De Martino għal Luxol, Hibs komplew bi break ta’ 8-2 bi trippla oħra ta’ Grima u fetħu vantaġġ massimu ta’ 15 –il punt 37-22. Luxol irnexxielhom jagħlqu l-perjodu bil-punti ta’ Mercieca u De Martino għal skor ta’ 38-28. Fl-aħħar sessjoni però l-partita nbidlet. Hibs ma baqgħux juru l-istess ideat fl-attakk u d-difiża tagħhom ikkrollat kontra l-attakki minn naħa tal-Luxol. Ic-champions bdew b’run ta’ 15-0 bi trippli minn De Martino, Sarah Pace u saħansitra minn Joselle Borg Cardona fi tmiem ta’ pussess biex marru minn fuq 43-38. Hbs finalment wieġbu bil-punti ta’ Josephine u Christina Grima però kienu b’moral baxx hekk kif Luxol komplew bil-punti ta’ Christine Curmi u Sarah Pace biex rebħu l-partita 49-43.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 11, B. Zammit, N. Agius, J. Borg Cardona 6, M. Mercieca 6, S. De Martino 21,  C. Sollami, A. Calleja, P. Ellul, N. Vella, M. Darmanin, C. Curmi 5.

Electrofix Hibs: J. Scerri 3, N. Vella, I. Agius 3, J. Grima 14, M. Said 3, C. Grima 16, K. P. Mifsud, N. Mifsud, H. Al Tumi 4, N. Farrugia, G. Costa.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Christine Farrugia.

Statistika…

Luxol

Free throws – 16 on 25

Baskets – 9 on 36

Three pointers – 5 on 22

Rebounds – 53

Assists – 5

Turnovers – 25

Steals – 7

Fouls Suffered – 22

Fouls Made – 21

Hibs

Free throws – 11 on 19

Baskets – 10 on 47

Three pointers – 4 on 11

Rebounds – 46

Assists – 9

Turnovers – 19

Steals – 9

Fouls Suffered – 21

Fouls Made – 22

 

It-tielet partita: Il-Ħadd 24 ta’ April fit-2:45pm


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/vantagg-doppju-ghac-champions-caffe-moak-luxol/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.