Valletta United jeghlbu lil Ta` Xbiex Amigos u jaqbzuhom

Thursday, June 27, 2013, 10:29

Valletta United ghelbu lil Ta`Xbiex 18-12 biex qabzu fit-tieni post tal-klassifika fejn qabzu lil istess Ta`Xbiex Amigos. Fl-ewwel sessjoni valletta mill-ewwel urew l-intenzjonijiet tagghom fejn huma rebhu bl-iskor ta` 5-1 ghalihom spikka Charlie zammit li skorja wiehed mill-goals f`din is-sessjoni u spicca ukoll l-ahjar skorer ghat-team tieghu f`din il-partita b`6 goals.

Fit-tieni sessjoni Valletta komplew jiddominaw fejn huma rebhu 5-2 b`2 goals kull wiehed ghall-Charlie Zammit u Djorje Filipovic. Fit-tielet sessjoni Valletta regghu rebhu bl-iskor ta` 4-2 fejn ghalihom kien protagonist Milos Korolija li skorja darbtejn.

Fl-ahhar sessjoni Valletta naqqsu xi ftit u Ta`Xbiex approfittaw biex spiccaw rebhu din is-sessjoni u l-unika wahda ghalihom f`din il-partita bl-iskor ta` 7-4 fejn spikka ghalihom Andreas Galea li skorja tlett darbiet. Bl-ahjar skorer ghall-Ta`Xbiex f`dan il-konfront ikun Yuri Szeles b`4 goals.





Leave a comment