- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Valletta Subuteo Club jergghu jikkompetu

Posted By Sportinmalta On June 10, 2013 @ 11:34 am In Featured,Other,Table Football | No Comments

Fil-bidu ta’ Gunju l-Valletta Subbuteo Club ha sehem fil-FISTF Major ta’ Bologna. Sitta w tletin tim ha sehem f’dan l-avveniment u t-tim ta’ Valletta beda b’zewg rebhiet fuq SC Serenissima Mestre 4-0 w TSC Warriors Torino 3-0. Fir-rawnd ta wara, l-Valletta Subbuteo Club gie biex jilghab kontra c-Campjins Ewropej ta’ SC Fiamme Azzurre Roma, l-loghba spiccat fi dro ta 1-1 u Valletta ghaddew bid-differenza ta gowls. Fil-kwarti tal-finali t-tim tal-Valletta laghab kontra t-tim ta’ ACS Perugia 1973 u dawn tal-ahhar hargu rebbieha 2-1 fl-extra time, wara li l-loghba spiccat fi dro ta 1-1 u 4-4 fil-gowls. It-tim ta’ ACS Perugia 1973 spicca biex rebah din il-kompetizzjoni. It-tim ta’ Valletta Subbuteo Club kien immexxi mil-President Felix Rizzo w il-plejers kienu l-kaptan Derek Conti, Samuel Bartolo, Joseph Borg Bonaci, Jean Tabone, Mario Camilleri, Vince Mifsud u Jason Pisani.

 Fil-kompetizzjonijiet tal-individwali, l-plejers fl-Open rebhu il-gruppi rispettivi tahhom. Samuel Bartolo w Joseph Borg Bonaci waslu sal-ahhar sittax u gew eliminati. Fil-kompetizzjoni Veterani, t-tlett plejers waslu sal-ahhar tnejn u tletin. Mario Camilleri kellu turnament tajjeb u wasal sas-semifinali. Hu elimina lil Fabio Belloni, Claudio Dogali w Erich Hinkelmann, qabel ma tilef 3-2 ma’ Massimiliano Schiavone.

 Dan kien l-ahhar turnament ta dan l-stagun ghall-Valletta Subbuteo Club, fejn huma gew dikjarati Campjins ta’ Malta ghad-disa’ darba w anke rebhu l-Grand Prix ta’ Wales u Malta.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/valletta-subuteo-club-jergghu-jikkompetu/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.