- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Valletta Subbuteo Club

Posted By Sportinmalta On July 28, 2013 @ 9:30 am In Featured,Other,Table Football | No Comments

Fil-gimghat li ghaddew, spicca l-stagun ghat-tim tal-Valletta Subbuteo Club u wara li ssejhet il-laqgha Generali Annwali, gie elett il-kumitat ghall-stagun li jmiss. Dawn huma l-membri tal-kumitat, President Mr.Felix Rizzo, Segretarju Mr.John Borg, Tezorier Mr.Richard Abdilla Castillo, PRO Mr.Samuel Bartolo w Tim Manager Mr.Derek Conti.

 

Fil-gimghat li gejjin ser issir il-prezentazzjoni tat-trofej, tal-kompetizzjonijiet organizzati mil-Valletta Subbuteo Club tul l-stagun li ghadda. Dawn kienu r-rebbieha,  Valletta Cup rebaha Marion Camilleri wara li gheleb lil Andrew Abela 4-1. It-tazza tal-Milied rebaha Jean Tabone, meta gheleb lil Samuel Bartolo 4-2. Jason Pisani rebah it-tazza tal-Ghid, b’rebha ta 4-2 fuq Andrew Abela. It-tazza tan-KO intrebhet min Mario Camilleri, wara li gheleb lil Jean Tabone 1-0 f’loghba sabiha w bilancjata.

 

Fil-kampjonat Premier, ic-campjin ta’ Malta Samuel Bartolo hareg rebbieh bi 32 punt, Derek Conti spicca fit-tieni post bi 30 punt u Jean Tabone t-tielet bi 23 punt. Fl-ewwel divizjoni, Andrew Abela gab 28 punt u ghalhekk rebah din id-divizjoni. Malcolm Abdilla Castillo gie fit-tieni post b’20 punt u Mario Camilleri t-tielet b’19 il-punt.

 

Tul dan l-stagun, it-tim tal-Valletta Subbuteo Club ha sehem f’diversi kompetizzjonijiet fl’ewropa w rebah il-Grand Prix ta’ Wales u ta’ Malta. Spiccaw ukoll finalisti fil-Major ta’Frameries gewwa l-Belgium, kif ukoll rebhu l-kampjonat Malti organizzat mil-MTFSA ghad-disa’ darba.

 

Dawk interessati li jibdew dan l-sport tat-Table Football (Subbuteo) ghandhom jikkuntattjaw lil Jason Pisani fuq 79925497 jew e-mail vallettasc@gmail.com


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/valletta-subbuteo-club/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.