Valletta Subbuteo Club waslu sal-kwarti tal-finali fiċ-Champions League

Monday, October 28, 2019, 8:10

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġiet organiżżata ċ-Champions League f’Caen, Franza.  It-tim kien kompost minn Samuel Bartolo (captain), Derek Conti, Joseph Borg Bonaċi, Mario Camilleri, Mark Gauci u Angelo Borġ.  Is-Sibt kien hemm il-fażi tal-gruppi.  Valletta SC għelbu lit-Tim Taljan TSC Warriors Torino 4-0, lit-tim Franċiż Ftc Issy Les Moulineaux 2-0, lit-tim Grieg Falcons Athens TSC 1-0, u lit-tim Belġjan SC Charleroi 2-0.  B’hekk Valletta Subbuteo Club għaddew l-ewwel fil-grupp b’punti massimi.  Il-Ħadd lagħbu mat-tim Belġjan SC Lions Eugies u rebħu 3-0.  Din ir-rebħa waslithom għall-kwarti tal-finali kontra t-tim Belġjan Rochefort TS.  Sfortunatament waqfu sal-kwarti tal-finali wara li tilfu bl-iskor ta’ 2-1.  Valletta Subbuteo Club kellhom prestazzjoni tajba u spiċċaw klassifikati fis-7 post.





Leave a comment