Valletta Subbuteo Club semifinalisti fl-FISTF Grand Prix fi Franza

Tuesday, February 5, 2019, 9:10

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie organiżżat l-FISTF Grand Prix ta’ Franza 2019 f’Issy-les-Moulineaux.  Erba’ plejers Maltin ħadu sehem u kien hemm preżenti wkoll tim wieħed Malti.

Fil-ġurnata tas-Sibt ġew organiżżati l-kompetizzjonijiet individwali.  Fil-kategorija Open Derek Conti inqala’ mal-aħħar sittax kontra Antonio Mattivieri 1-0.  Massimo Cremona wasal sal-kwarti tal-finali kontra Christophe Dheur 3-0.  Jurgen Balzan wasal mal-aħħar tnejn u tletin kontra Christophe Dheur 1-0.

Fil-kategorija tal-Veterani Jason Pisani wasal sal-kwarti tal-finali fejn inqala’ kontra David Busch 1-0.

Fil-kategorija ta’ taħt id-dsatax-il sena Jurgen Balzan tilef is-semifinali kontra Theo Modeste bis-‘sudden death’ ta’ 2-1. Theo Modeste kien ir-rebbieħ ta’ din il-kategorija.

Il-Ħadd Valletta Subbuteo Club ħadu sehem fil-kompetizzjonijiet tat-timijiet, bit-tim li kien iffurmat minn Derek Conti, Jurgen Balzan, Pascal Scheen u Axel Donval. It-tim Belti wasal sas-semifinali fejn tilef kontra SC Charleroi 3-0, li spiċċa rebaħ il-kompetizzjoni.  It-tim Taljan Master San Remo li kien qed jilgħab miegħu l-plejer Malti Jason Pisani wasal sal-kwarti tal-finali.





Leave a comment