Valletta Subbuteo Club semifinalisti fil-Major ta’ Milan 2019

Wednesday, December 11, 2019, 14:11

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie organiżżat il-Major ta’ Milan 2019 fiċ-ċentru sportiv Schuster.

Fil-kategoriji individwali li ġew organiżżati s-Sibt, Mario Camilleri kien qed jieħu sehem fil-kategorija tal-Veterani.  Mario Camilleri kellu prestazjoni tajba u wasal sal-kwarti tal-finali.  Camilleri tilef kontra it-taljan Gianfranco Calonico bis-sudden death 2-1.

Il-Ħadd kien jmiss il-kompetizzjonijiet tat-timijiet.  Valletta SC kien iffurmat minn Samuel Bartolo (captain), Derek Conti, Mario Camilleri u Angelo Borg.  Valletta SC għaddew l-ewwel fil-grupp.  Fil-kwarti tal-finali irnexxilhom jegħlbu t-tim qawwi Belgjan Rochefort TS bl-iskor ta’ 1-0.  Is-semifinali intlagħbet kontra it-tim rebbieħ Reggio Emilia u spiċċat bl-iskor 3-0.

Valletta Subbuteo Club bħalissa jinsabu fid-9 post tar-rankings tad-dinja ta’ Novembru 2019.





Leave a comment