Valletta Subbuteo Club rebħu l-Major ta’ Frameries fil-Belġju

Monday, March 9, 2020, 7:48

Fi tmiem il-ġimgħa fi Frameries fil-Belġju, sar il-Major ta’ Frameries, b’riżultati pożittivi ferm għall-plejers Maltin.

Valletta Subbuteo club rebħu l-kompetizjoni Major għat-timijiet għall-ewwel darba fl-istorja glorjuza ta’ dan il-klabb. Valletta rebħu l-grupp tagħhom b’punti massimi, biex min hemm ‘il quddiem ma ħarsux lura u baqgħu javanzaw. Fis-semifinali għelbu lil Rjc Rochefort tal-Belgju 2-0 u fil-finali għelbu lil Charleroi tal-Belgju wkoll, bl-iskor ta’ 3-0.

Għall-Beltin it-tim kien kompost minn Samuel Bartolo, Mark Gauci, Angelo Borg, Derek Conti, Joseph Borg Bonaci u Mario Camilleri.

Bormla Subbuteo Club waslu sal-aħħar sittax f’din il-kompetizzjoni, meta ġew megħluba 2-1 minn Rjc Rochefort tal-Belgju.

Filwaqt li s-Sibt saret il-kompetizzjoni individwali, fl-Under 19 Jurgen Balzan ta’ Stembert SC wasal sas-semi finali.

Fil-kategorija tal-Veterani, Jason Pisani ta’ Master Sanremo wasal sal-finali kontra Antonio Montano ta’ Tiburones  FM fejn tilef 3-1. Alain Jadot ta’ Bormla SC u Bennoit Massart ta’ Templouix waslu sas-semifinali.

Fil-kategorija Open Derek Conti ta’ Valletta SC wasal sal-finali fejn tilef ma’ Carlos Flores ta’ Napoli Eagles 5-2. Is-semi finalisti kienu Christophe Dheur u Bessim Golger ta’ Charleroi.





Leave a comment