Valletta Subbuteo Club Rebbieħa tal-Europa League

Saturday, November 7, 2015, 10:45

  • Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bil-Malti u bl-Ingliż
  • Note:This article has been posted in Maltese and English

Gavin Muscat

It-tim tal-Valletta Subbuteo Club irnexxielu jirbaħ dan l-unur fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġewwa Frameries il-Belġju. Dan hu t-tieni l-akbar unur tal-FISTF fuq livell ta’ klabbs.

Il-logħob tas-Sibt kienu biex il-klabbs jikkwalifikaw biex jilgħabu fiċ-Champions League jew Europa League. It-tim ta’ Valletta Subbuteo Club beda l-impenji tiegħu fi draw ta’  1-1 kontra c-Czech Subbuteo Team 2014 tar-Repubblika Ċeka.

It-tieni logħba kienet kontra t-tim Grieg ta’ Proteas Athens Subbuteo u sfortunatament waslet l-unika telfa ta’ dan il-weekend bl-iskor ta’ 3-0.

Fl-aħħar logħba ta’ dan ir-rawnd kellna draw ieħor ta’ 2-2 mat-tim Awstrijak ta’ TSC Royal 78 Kaisermuhlen. Wara dawn il-logħbiet, it-tim Belti ġie ikklassifikat fit-tielet post u b’hekk ikkwalifikaw għall-Europa League.

Din il-kompetizzjoni bdiet bi grupp ta’ 4 timijiet u l-Valletta Subbuteo Club tela’ biex jilgħab kontra JSC Rochefort tal-Belgium u ż-żewġ klabbs l-oħra Maltin ta’ Attard Subbuteo Club u Valletta Lions TFC.

Fl-ewwel logħba tal-Europa League kontra Attard SC waslet l-ewwel rebħa ta’ 4-0 u fil-logħba ta’ wara kontra Valletta Lions TFC, Valletta Subbuteo Club reġa’ rebaħ bl-iskor ta’ 3-1.Waslet ukoll it-tielet rebħa, dik ta’ 2-1 kontra t-tim Belġjan ta’ JSC Rochefort.

Fil-kwarti-finali kien imiss il-logħba mat-tim Ġermaniż ta’ Sparta Spreeathen 74/82 u hawn it-tim Belti ħareġ rebbieh bl-iskor ta’ 2-0.

Kellna rebħa oħra fis-semi-finali bl-iskor ta’ 2-1 kontra t-tim Spanjol ta’ Cap Ciudad de Murcia FM u b’hekk it-tim Belti kien se jilgħab il-finali tal-Europa League.

L-avversarji ta’ Valletta Subbuteo Club f’ din il-finali kien t-tim Spanjol tat-Tiburones FM u kien hawn li ħarġet l-esperjenza tal-plejers Maltin u b’rebħa konvinċenti ta’ 3-0, inġieb l-ewwel unur kontinentali lejn pajjiżna.

Għal din il-kompetizzjoni, t-tim kien kompost minn Samuel Bartolo, Joseph Borg Bonaci, Mario Camilleri, Derek Conti, Jason Pisani, Christian Short u Roderick Vassallo.

Ta’ min isemmi wkoll, li l-kompetizzjoni taċ-Champions League intrebħet mit-tim Taljan ta’ ASD F.lli Bari Reggio Emilia, li magħhom jilgħab il-plejer Malti Massimo Cremona.
—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

English

Valletta Subbuteo Club Europa League Winners

Last weekend, The Valletta Subbuteo Club won this event in Frameries, Belgium. This is the second biggest honour in club events, held by FISTF.

The games held on Saturday were a qualification for the two major titles, The Champions League and Europa League. The Valletta Subbuteo Club started with a 1-1 draw against the Czech Subbuteo Team 2014 and then lost the second match 3-0, against the Greek team of Proteas Athens Subbuteo. The third match also finished in a draw of 2-2 against TSC Royal 78 Kaisermuhlen of Austria. With these results, The Valletta Subbuteo Club obtained third place and qualified for the Europa League.

The Europa League started with a group of four teams and Valletta Subbuteo Club where drawn to play Belgian side JSC Rochefort and the other two Maltese sides, Attard Subbuteo Club and Valletta Lions TFC. The first match against Attard SC finished in a 4-0 win and another win by 3-1 against the Valletta Lions TFC secured a qualification for the next round. The third match against JSC Rochefort had to decide who will win the group and the Maltese side won by 2-1.

In the quarterfinals, the Maltese champions had to play the German team of Sparta Spreeathen 74/82 and here the Maltese won by 2-0. Another win in the semi-final with a 2-1 score against Spanish side Cap Ciudad de Murcia FM and now the capital city team have qualified to their first Europa Cup final. Valletta Subbuteo Club opponent in the final were Tiburones FM of Spain. During the final, one could see the experience of the Maltese team, who won the match 3-0 and so lifted the cup for the first time. For this tournament, the team was composed of Samuel Bartolo, Joseph Borg Bonaci, Mario Camilleri, Derek Conti, Jason Pisani, Christian Short u Roderick Vassallo.

Apart from the Europa League, The Champions League was also played and it was won by Italian side ASD F.lli Bari Reggio Emilia, with whom the Maltese Massimo Cremona plays.





Leave a comment