Valletta Subbuteo Club kisbu d-double

Tuesday, February 18, 2020, 12:53

Valletta Subbuteo rebħu is-16-il kampjonat fl-istorja tagħhom u t-tazza MTFSA Knock Out, biex reġgħu kisbu d-double għat-tieni sena konsekutiva.

Fil-mixja tagħhom għal dan is-suċċess, Valletta Subbuteo Club kisbu 16-il punt, meta rebħu ħames logħbiet u dro ma’ Bormla Subbuteo Club li spiċċaw it-tieni post b’total ta’ 13-il punt. Fit-tielet post spiċċaw Valletta Lions Table Football Club.

Fis-semi finali tan-Knock Out, Bormla SC għelbu lil Ħ’Attard SC 4-0, fit-tieni semi finali Valletta SC għelbu lil Valletta Lions TFC 4-0.

Fil-finali Valletta SC rebħu lil Bormla sc 4-0, It-tim Belti kien kompost minn Samuel Bartolo, Mark Gauci, Derek Conti, Mario Camilleri, Andrew Abela, Joseph Borg Bonaci u Angelo Borg.





Leave a comment