- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Valletta Subbuteo Club jirbħu l-maġġoranza tat-titli nazzjonali

Posted By Sportinmalta On July 20, 2015 @ 5:37 pm In Featured,Other,Table Football | No Comments

Note:This article has been posted in English and Maltese.

Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

__________________________________________________________________

Gavin Muscat

Ftit tal-ġranet ilu, ġie fi tmiemu l-staġun tat-Table Football u kif ġara f’dawn l-aħħar snin, il-membri tal-Valletta Subbuteo Club rebħu l-maġġoranza tat-titli nazzjonali, li ġew organizzati mill-Malta Table Football Sports Association.

Għar-raba’ darba konsekuttiva, Samuel Bartolo ġie inkurunat Champion ta’ Malta. Samuel rebaħ il-kampjonat Premier mingħajr ma’ tilef logħba u irnexxielu jirbaħ 62 punt, min total ta’ 66. Dan l-istaġun, Samuel rebaħ ukoll il-kategorija Open tal-FISTF Grand Prix li ġie organizzat ġewwa Malta, ic-Challenge Cup organizzata mill-MTFSA u kien finalist fil-kompetizzjoni Knock Out.

Fil-kategorija ta’ taħt id-dsatax –il sena, Andrew Abela rebaħ il-kampjonat nazzjonali. Din hija l-aħħar sena ta’ Andrew f’din il-kategorija u irnexxielu jirbaħ ukoll iż-żewg FISTF International Open u anke l-FISTF Grand Prix ta’ Malta.

Jason Pisani ġie dikjarat champion fil-kategorija veterani, għat-tieni darba, f’dawn l-aħħar erba’ snin. Dan l-istaġun ukoll, Jason irnexxielu jirbaħ il-kategorija veterani fil-FISTF International Open li ġiet organizzata f’Malta.

Fil-kompetizzjoni tat-timijiet, il-Valletta Subbuteo Club irnexxielu jirbaħ kemm il-kampjonat, kif ukoll in-Knock Out. Apparti dawn iż-żewg kompetizzjonijiet, il-klabb rebaħ ukoll il-FISTF Grand Prix ta’ Malta. Dawn it-tlett kompetizzjonijiet ġew mirbuħa bla telfa.

__________________________________________________________________________

A few days ago, the Table Football season came to an end and the Valletta Subbuteo Club players, once again proved their worth by winning most of the national honours, that where organised by the Malta Table Football Sports Association.

Samuel Bartolo, for the fourth consecutive season, was crowned champion of Malta. Samuel won the MTFSA Premier division unbeaten and only dropped 4 points, out of 66 available. He also won the MTFSA Challange Cup, the Open category of the FISTF Grand Prix of Malta and was finalist in the MTFSA Knock Out Competition.

The MTFSA Under-19 category was won by Andrew Abela. In his last season as a junior player, Andrew also won both Under-19 FISTF International Open’s and the Under-19 FISTF Grand Prix that where held in Malta.

Jason Pisani was crowned champion in the MTFSA Veteran category for the second time in four years. Also this season, Jason won the Veteran category in the FISTF International Open, that was held in Malta.

In the team events, the Valletta Subbuteo Club won the National League and Knock Out events that where organised by the MTFSA and also won the team event in the FISTF Grand Prix of Malta. All these three titles where won unbeaten.

Andrew Abela, Samuel Bartolo and Jason Pisani with their trophies

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/valletta-subbuteo-club-jirbhu-l-maggoranza-tat-titli-nazzjonali/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.