Valletta Subbuteo Club jirbħu l-FISTF International Open of Malta – Valletta 2020

Monday, March 2, 2020, 7:54

Fi tmiem  il-ġimgħa li għaddiet Valletta Subbuteo Club organizzaw il-FISTF International Open ta’ Malta – Valletta 2020, bis-sapport tal-Kunsill lokali tal-Belt Valletta u ta’ xi entitajiet privati.

Dan it-turnament ġie organiżżat ġewwa l-Kunsill Lokali tal-belt Valletta.

Is-Sibt kien hemm il-kompetizzjonijuet individwali. Ir-rebbieħ tal-kategorija Open kien Samuel Bartolo plejer ta’ Valletta SC, li lagħab il-finali tiegħu kontra Jean Tabone plejer ta’ Mortellito Barcellona. L-iskor kien dak ta’ 3-2 bis-sudden death. Is-semifinalisti kienu Mark Gauci u Massimo Cremona. Il-kompetizzjoni tal-kategorija tal-veterani kienet kompetizzjoni ta’ ħbiberija minħabba l-ammont ta’ parteċipanti li ħadu sehem.  Ir-rebbieħ kien Patrick Pace tat-tim Taljan SS Lazio TFC.  Finalist kien hemm John Zammit ta’ Bormla SC u semifinalisti kien hemm Frank Chetcuti u Valentino Zamara.  Il-kategorija ta’ taħt il-ħmistax-il sena nrebħet minn Jeshua Bonnici ta’ Valletta Lions TFC, finalist Jayden Bonnici u semifinalisti Maya Bezzina u Robert Farrugia Randon.

Il-Ħadd kien hemm il-kompetizzjonijiet tat-timijiet. Kien hemm erba’ klabbs Maltin jikkompetu, Valletta Subbuteo Club, Valletta Lions TFC, Bormla SC u Ħ’Attard SC. Il-kompetizzjoni kienet forma ta’ lig u ntrebħet minn Valletta Subbuteo Club b’punti massimi.  It-tim kien kompost minn Samuel Bartolo (captain), Derek Conti, Mark Gauci, Angelo Borg u Mario Camilleri.  Valletta Subbuteo Club għelbu lil Valletta Lions TFC bl-iskor ta’ 4-0, lil Ħ’Attard SC bl-iskor ta’ 4-0 u lil Bormla SC bl-iskor ta’ 3-0.





Leave a comment