Valletta Subbuteo Club jagħmlu d-Double

Monday, March 11, 2019, 8:27

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet l-MTFSA organizza l-league nazzjonali u l-kompetizjoni Knock Out bejn il-klabbs.

It-timijiet li pparteċipaw kienu Valletta Subbuteo Club, Valletta Lions TFC, Bormla Subbuteo Club u Attard Subbuteo Club.

Valletta Subbuteo Club ġew inkurunati Champions ta’ Malta għal ħmistax-il darba fl-istorja tagħhom u din kienet it-tmien rebħa konsekutiva tagħhom.  Huma għelbu lil Valletta Lions TFC, l-Bormla Subbuteo Club u Attard Subbuteo Club mingħajr ma’ soffrew ebda telfa.  Valletta Subbuteo Club kien iffurmat minn Derek Conti, Joseph Borġ Bonaci, Mario Camilleri, Samuel Bartolo, Jurgen Balzan u Andrew Abela.  Bormla Subbuteo Club ġew klassifikati fit-tieni post.

Valletta Subbuteo Club kienu wkoll ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni ‘Knock-out’. Huma għelbu lil Bormla Subbuteo Club fis-semi-finali filwaqt li rebħu l-finali kontra Valletta Lions TFC.

B’hekk issa, Valletta Subbuteo Club u Bormla Subbuteo Club, akkwistaw id-dritt li jirrapreżentaw lil Malta fl-FISTF Champions League, filwaqt li Valletta Lions TFC u Attard Subbuteo Club ser ikunu qed jirrapreżentaw lil Malta fl-FISTF Europa League.





Leave a comment