Valletta Subbuteo Club f’laqgħa mal-E.T. l-President ta’ Malta Dr George Vella

Friday, September 13, 2019, 7:41

Valletta Subbuteo Club, onorati bil-laqgħa li kellhom mal-President ta’ Malta Dr George Vella, ġewwa l-Palazz ta’ San Anton.

Il-President ltaqa’ mat-tim immexxi mill-captain Samuel Bartolo.

Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll il-President Onorarju s-Sur Ray Azzopardi, il-President is-Sur Felix Rizzo u s-Segretarja Monalita Balzan.

Il-laqgħa saret fl-okkazjoni tal-anniversarju tal-31 sena mit-twaqqif tal-klabb u qabel it-tim jitlaq għall-kompetizzjoni taċ-Champions league, li din is-sena ser issir f’Caen, Franza.

Il-President ta’ Malta awgura lil Valletta Subbuteo Club għas-suċċessi li diġa kisbu u awguralhom għall-impenn li jmiss tac-Champion League.





Leave a comment