Valletta Side jiddiskuti l-logħba li jmisshom Valletta kontra Birkirkara

Thursday, March 15, 2012, 8:02
Il-mistiedna ghal Valletta Side programm numru 24 se jkunu t-team manager ta’ Valletta Youths FC Kevin Gauci, il-goalkeeper ta’ riserva Matthew Towns kif ukoll l-opinjonista Hugh Caruana.
Primarjamnet, il-programm se jiddiskuti l-ahhar loghba mill-Kampjonat BOV Premier kontra Balzan Youths kif ukoll il-loghba li Valletta jmisshom nhar is-Sibt li ġej kontra r-rivali Birkirkara.
Bhal kull gimgha, il-programm se jkun qed jinkludi wkoll intervista ma’ plejer glorjuż tal-passat. Din il-ġimgħa l-intervista se tkun mal-eks plejer Joe Micallef. Lejn l-aħħar tal-programm issir telefonata wkoll mat-team manager ta’ Valletta FC, Gerard Ellul.
Barra minn hekk il-partitarji kollha Beltin u anki mhux Beltin ghandhom il-possibilta’ li jibghatu sms’s li jinqraw mill-prezentatur waqt il-programm.
Valletta Side jixxandar kull nhar ta’ Hamis fid-9pm fuq Favourite Channel.




Leave a comment