Valletta Side jiddiskuti d-derby Valletta vs Floriana

Thursday, March 8, 2012, 7:06
Il-mistiedna għal Valletta Side programm numru 22 se jkunu l-membru tal-kumitat ta’ Valletta Anthony Thorn, it-team manager ta’ Balzan Youths Ivan Zammit kif ukoll il-kummentatur tekniku Charles Borg.
Primarjamnet, il-programm se jiddiskuti l-ahhar loghba mill-Kampjonat BOV Premier kontra r-rivali eterni Floriana FC.
Bħal kull gimgha, il-programm se jkun qed jinkludi wkoll intervista ma’ plejer glorjuż tal-passat. Din il-ġimgha l-intervista se tkun mal-eks plejer Joe Zarb. Lejn l-aħħar tal-programm issir telefonata wkoll minn partitarju ta’ Valletta.
Barra minn hekk il-partitarji kollha Beltin u anki mhux Beltin għandhom il-possibilta’ li jibgħatu sms’s li jinqraw mill-prezentatur waqt il-programm.
Valletta Side jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fid-9pm fuq Favourite Channel bi preżentazzjoni ta’ Mario Micallef.




1 Comment

  1. Ray says:

    Ha naraw xi skuza ha ggibu din id-darba ! Jiena nahseb li ghandkom bzonn 2 barranin ohra ghax m’ghandkomx bizzejjed. U halluna liri whites, bil-flus li diga nfaqtu imisskom ilkom li hadtuh il-league.

    [Reply]

Leave a comment