Valletta Peugeot St. Pauli jirbhu s-Super Cup tal-iSwan League

Sunday, September 25, 2011, 12:10

Nhar is-Sibt li ghadda inghata bidu ghal l-istgun l-gdid 2011-2012 tal
Fahrenheit Freight Fowarders Swan Amateur Football Association,fejn
minn dan l-istagun il-loghob ser jintlab fil-Ground ta` Lija/Balzan FC
ghal l-loghob tal-Ewwel Divizjoni u l-loghob tal-kompetizzjonijiet
l-ohra u l-loghob ta’Tieni Divizjini ser issir kif kien issir qabel
fil-ground ta’ Tarxien FC.

Fl-ewwel loghba stagjonali li saret kienet mill-ewwel round
tal-kompetizzjoni ghal ex-segretarju tal-ghaqda r- Ray Bartolo
Memorial Cup bejn Dingli Eagles AMG Parts kontra Marsa St. Michael
fejn il-Marsin hargu rebbieha bl-iskor ta’ 3-1, bit-tieni loghba
tal-gurnata u l-aktar wahda mistennija fil-programm tkun il-finali
tas-Super Cup bejn il-holders Valletta St. Pauli Peugeot u
ic-Champions tal-istagun li ghadda Senglea Gunners Tuttosport, fejn
il-holders Valleta St.Pauli ghelbu lil Gunners 6-4 wara l-oghti
tal-penalties wara li sal hin barrani li skor baqa ta’parita ta’
2-2,biex il-beltin rebhu l-ewwel unur stagjonali ghas seba darba
fl-istorja taghhom,minn naha tal-Gunners dawn ghadhom ifixxu l-ewwel
success f’din il-kompetizzjoni.

Mit-Tieni Divizjoni gewwa il-Ground ta` Hal-Tarxien intlaghbu l-ewwel
zewg loghbiet mill-kampjonat ta’ Tieni Divizjoni, bl-ewwel loghba tkun
dik bejn Lija/Iklin AFC u Paola Peacocks Nexia li spiccat  b’rebha ta’
team debuttant ta’ Lija/Iklin bl-ikor ta’ 2-1, biex fit-tieni partia
tal-gurnata l-favoriti ghal rebh tal-kampjonat ta’ Tieni Divizjoni
M’Xlokk AFT ghelbu lit-team l-iehor debuttant Bahrija AFC bl-iskor
konvincenti ta’ 5-2,fejn din is-sena x-Xlukkajri jidhru li ser ikunu
sfidanti serji ghal rebh tal-promozzjoni.

Fl-ewwel loghba gewwa il-ground ta` Lija/Balzan kienet dik tal-ewwel
round mit-tazza ta’ Ray Bartolo Memeorial Cup fejn il-Marsa St.
Michaels hargu rebbieha bl-iskor ta 3-1 kontra Dingli Eagles AMG Parts
biex b’hekk dawn tal-ewwel qattaw passagg ghas-semi finali,ta’nhar
is-sibt li gej kontra il-holders Ta’ Giorni Wolves,biex is-semi finali
l-ohra hija bejn Valletta St.Pauli kontra Senglea Gunners.

Loghba akkanita ghall-ahhar bejn dawn iz-zewg timijiet li rebhu
il-promozzjoni ghal-ewwel divizjoni s-sena l-ohra fejn ir-rivalita ta
bejniethom gol-ground dehret mill-bidu tat-tisfira inizjali sat-tmiem
il-loghba.
Kienu Marsa St. Michaels li hargu l-ahjar u mill-bidu bdew ikunu
perikoluzi fejn holqu l-ewwel periklu lejn il-lasta avversarja
f’10minuti loghob biex xutt finali jigi newtralizzat minn Mark Abela.
Matthew Buttigieg ghad-Dingli seta fetah l-iskor fid-19 il-minuta
loghob meta issikkat mid-difensur irnexxilu jolqot il-ballun li qabez
il-goalkeeper Leighton Mifsud imma il-ballun spicca barra. il-Marsa
komplew izidu r-ritmu pero id-difiza Dinglija kienet attenta sakemm
fit-28minuta loghob Elton Azzopardi approfita minn indecizjoni
fid-difiza u tefa lil Marsa fil-vantagg. Sa tmien l-ewwel taqsima
l-iskor baqa ma ibidielx,bil-Marsin jidhlu jistriehu fil-vantagg
bl-iskor ta’1-0.

Fit-tieni taqsima Dingli ppruvaw jidhlu fil-loghba imma l-esperjenza
tas-saints bi plyers bhal Jesmond Delia Robert Plumton dehret meta
bdew jaqbdu lid-difiza Dinglija fuq sieq wahda u kellu jkun
il-goalkeeper bravu Mark Abela li cahad lil Marsin milli jkabbru
l-iskor. Pero fit-57 minuta loghob is-St. Michaels ziedu l-iskor meta
Alexander Ribic ircieva trough pass, dahar mal-goalkeeper avversarju u
mill-vicin xehet il-ballun fix-xibka,biex kabbar il-vantagg ghal
Marsin,imma d-determinazzjoni ta’Dingli ghamlu reazzjoni u hames
minuti wara fit-62minuta loghobDinglin regu dahlu fil-loghba meta
kunfuzzjoni fid-difiza tas-St. Michaels, approfitta Matthew Pace li
naqas l-skor. Tlett minuti wara pero fil-65 minuta loghob Marsa ghalqu
il-loghba meta xutt ta` Andre Mamo,kien devjat minn difensur
bil-goalkeeper jipprova isalva imma il-ballun xorta wahda spicca
fix-xibka biex sa tisfira finali bl-iskor baqa ma inbidielx,biex Marsa
St.Micheal’s qatghu passagg ghas-semi finali ta` nahr is-Sibt li gej
fejn jiltaqaw kontra il-holders tal-kompetizzjoni Ta’Giorni Wolves.
Referee: George Bitri.

Fit-Tieni loghba tal-gurnata u l-aktar wahda mistennija l-finali
tas-Super Cup bejn il-holders Valletta St. Pauli Peugeot u c-champions
renjanti Senglea Gunners Tuttosport kienet wahda movimentata
ghall-ahhar fejn l-iskor seta mar kull naha Valletta St. Pauli Peugeot
hargu rebbieha permezz ta` l-ghoti tal-penatlies 6-4 wara li sal-hin
barrani li skor baqa jaqra ta’parita ta’ 2-2. Kienu Senglea Gunners
Tuttosport li wrew l-ahjar ideat pero id-difiza beltija dejjem kienet
attenta u bedet kull periklu minn gol-kaxxa, aktar ma beda jghaddi
il-hin aktar il-loghba bdiet issir interessanti fejn iz-zewg timijiet
bdew ikunu ta teddida sejra ghal-lasti avversarja. Pero kienu
l-Gunners li marru fil vantagg meta 15 -il minuta loghob il-difiza
beltija ikklerjat il-ballun hazin, il-ballun spicca f’saqajn Justin
Camilleri li quddiem il-lasti ma hafirx. Il-Beltin konxi li qeghdin
minn taht bdew ikunu perikoluzi pero kienu wisq traskurati
fil-konkluzjoniet taghhom,minn naha l-ohra il-Gunners bdew joperaw
bil-kontra attakki imma sabu lil goalkeeper debuttant belti Ini Etin
Akpan burdata mill-aqwa,biex sa tmiem l-ewwel 35minuta loghob l-iskor
baqa ta’1-0 biex il-Gunners dahhlu jistriehu b’goal vantagg.

Fit-tieni taqsima Valletta St.Pauli hargu aktar aggressivi, fejn wara
4minuti loghob mill-ftuh xutt sabih ta’Stephen Said fejn il-goalkeeper
tal-Gunners ex-belti Elvin Attard dawwar f’korner xutt insidjuz. Minn
naha tal-Gunners Glenn Bonello ma approfitax meta wahdu ixxutja go
Akpan. Il-beltin komplew jippressaw biex jiksbu l-goal ta’draw imma
kellhom jistennew sa-60 minuta loghob biex jaghmlu l-iskor indaqs meta
cross fil-baxx ta’ Stacy Vella li qatgha lid-difiza Senglejana,
bil-ballun spicca ghand il-plajer belti Kurt Formosa li mill vicin ma
kellu l-ebda problemi biex jitfa il-ballun gewwa ghal sko ta ’1-1.
Minn hawn il-quddiem il-partita hadet zvolta interessaniti fejn
iz-zewg nahat bdew ikunu ta tedhieda serja ghal lasti avversarja fejn
il-protagonisti kienu iz-zewg goalkeepers rispettivi fejn urew
il-kapacitajiet taghhom meta wettqu bosta saves stupendi,biex sa
tisfira finali bl-iskor baqa ta’1-1.

Il-loghba kellha tmur ghal hin barrani fejn wara tlett minuti loghob
fit-73minuta Valletta St.Pauli marru fil-vantagg meta minn korner ta’
Jonathan Buttigieg ghola fuq kulhadd id-debuttanti l-iehor belti
Richard Attard li b’daqqa ta’ras stupenda tefa fix-xibka biex
il-beltin marru fil-vantagg. Pero dan il-gowl il-beltin damu biss
igawduh tlett minuti, meta Justin Camilleri dahar ma tlett difensuri
ta pass lejn Carmel Farmosa biex ix-xutt finali tieghu spicca
fix-xibka. Sat-tmien il-loghba l-iskor baqa l-istess dak ta’parita ta’
2-2 biex il-loghba kellha tigi deciza bl-ghoti bil-penalties.
Ghall-Beltin skurjaw Elton Caruana, Stephen Said, Fabio Cauchi u Stacy
Vella. Ghas-Senglejani skurjaw Carmel Formosa u Adrian Maramara
filwaqt li fallew Glenn Bonello u John Paul Barabara,biex il-beltin
hargu rebbieha bl-iskor ta’ 6-4.    Referee :Joe Camilleri.

Wara il-partita saret il-prezentazzjoni mill-President ta’ Lija
Athletic is-sur Charlie Scerri fejn ipprezenta tazza tas-Super Cup lil
captain ta’ Valletta St. Pauli, Stephen Said,bhala rebbieha
tal-kompetizzjoni fost il-ferh tal-partitarji u dirigenti ghal dan
is-success fejn ghall-beltin dan kien is-seba darba li rebhu dan
l-unur wara ,is-sur Peter Cipriott bhala vici President ta’ Balzan
Youths FC ipprezenta t-tazza tar-runners up lil captain tal-Gunners
Glenn Bonello.

Mil-Kampjonat tat-Tieni Divizjoni l-ewwel loghba kienet dik ta’ bejn
it-tim li beda l-ewwel esperjenza tieghu fl-Assocazzjoni taghna,
Lija/Iklin AFC u Paola Peacocks AFC Nexia.
L-ewwel taqsima kienet bilancjata hafna fejn iz-zewg timijiet ma
setawx issibu ix-xibka fejn iz-zewg difizi kienu protagonisti u
ddominaw l-attakanti rispettivi, biex iz-zewg timijiet dahlu jistriehu
bl-iskor ta 0-0.
Fit-tieni taqsima il-partita hadet zvolta differenti fejn wara hames
minuti loghob fl-40minuta, Andre Scicluna tefa lil Lija/Iklin
fil-vantagg. hames minuta wara fil-45minuta loghob Mark Cremona
ghamilhom 2-0. il-loghba dehret li inalqet pero Wayne Gatt fis-61-il
minuta loghob rega dahal lir-Rahal Gdid fil-loghba. Ir-Rahal Gdid
ippruvaw iggibu l-iskor indaqs pero min naha ta Lija/Iklin ma qaddux
lura u riedu jalqu il-loghba pero sa tisfira finali l-iskor baqa dak
ta` 2-1. Referee : Gordon Barbara.

Fil-tieni loghba tal-gurnata kienet bejn Marsaxlokk AFT u t-tim iehor
debuttant li beda l-ewwel esperjenza tieghu fl-Assocazzjoni, Bahrija
AFC fejn ix-Xlukkajri rebhu bl-iskor ta 5-2.Il-Bidu tal-loghba kien
wiehed kwiet fejn iz-zewg timijiet bdew jistudjaw lil xulxin. Pero kif
ghadew 15 -il-minuta il-Bahrija hasdu ghal kollox lix-Xlukkajri meta
Elton Calleja ghamel l-iskor 1-0 ghall-Bahrija. Ix-Xlukkajri pruvaw
iwettqu reazzjoni u kellhom jistennew sat-29 minuta meta ghal-Bahrija
tkecca Lee Wingfield minnhabba li iffowlja biex evita opportinita ta
gowl biex minuta wara gabu l-iskor indaqs permezz ta Clint Ellul,biex
hekk baqa sal-mistrieh fi draw ta’ 1-1.
Fit-tieni taqsima meta appena ghaddew 7 minuti fit-42minuta loghob
il-Bahrija regaw marru fil-vantagg meta Mario Mercieca ghamel l-iskor
2-1 favur, imma ma tantx damu igawdu dan il-gowl ghax minuta
fl-43minuta loghob Clint Ellul gab l-iskor indaqs ghax-Xlukkajri. Minn
hawn ix-Xlukkajri ma harsux lura konxi minn fatt li l-Bahrija qeghdin
b’ragel anqas. Infatti sat-tmien il-loghba ziedu liskor tlett darbiet
permezz ta Adrian Farrugia 55minuta, Wildon Vella 62minuta u Clint
Ellul 68minuta biex kiseb hat-trick personali ghal skor finali
ta’ 5-2,fejn dan l-istagun jidhru li ser ikunu favoriti ghal rebh tal-
kampjoant u tal-promozzjoni.     Referee : Manuel Grech.





Leave a comment